Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
---|---|
Pajjiż ospitanti |
Korea t'Isfel Ġappun |
Dati | 31 ta' Mejju – 30 ta' Ġunju |
Parteċipanti | 32 (minn 5 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 20 (f'20 belt) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Brażil |
It-Tieni post | Ġermanja |
It-Tielet post | Turkija |
Ir-Raba' post | Korea t'Isfel |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 64 |
Gowls skorjati | 161 (2.52 kull logħba) |
Attendenza | 2,705,197 (42,269 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Ronaldo (8 gowls) |
L-aqwa plejer | Oliver Kahn |
← 1998 2006 → |
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002 kienet is-sbatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, miżmum fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun bejn il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju 2002. Din kienet l-ewwel darba li edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja saret f'pajjiż Ażjatiku u l-aħħar darba fejn ġiet implimentata r-regola tal-gowl tad-deheb. Il-Brażil rebaħ il-ħames titlu tiegħu meta fil-finali rebaħ lill-Ġermanja 2–0. Fil-finali għat-tielet u r-raba' post intrebħet mit-Turkija kontra l-Korea t'Isfel bl-iskor ta' 3–2.
Kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Total ta' 199 daħlu fil-fażi ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2002, liema proċess beda fl-1999. Id-difensuri tat-titlu ta' Franza u l-ospiti tal-Korea t'Isfel u l-Ġappun ikkwalifikaw awtomatikament u ma lagħbu l-ebda logħba għall-kwalifikazzjoni. Din kienet l-aħħar darba li d-detentur tat-titlu ngħata post awtomatiku fil-finali.
Kull konfederazzjoni ngħatat numru ta' postijiet għall-fażi finali. 14-il post ġew kontestati mit-timijiet tal-UEFA (Ewropa), ħamsa mit-timijiet tal-CAF (Afrika), erbgħa mit-timijiet tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel), erbgħa għat-timijiet tal-AFC (Asja), u tlieta għat-timijiet tal-CONCACAF (Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew). Iż-żewġ postijiet l-oħra ġew deċiżi permezz ta' logħob ta' spareġġ bejn l-AFC u l-UEFA, u l-CONMEBOL u l-OFC (Oċeanja). Għal din l-edizzjoni kkwalifikaw erba' pajjiżi għall-ewwel darba: iċ-Ċina, l-Ekwador, is-Senegal u s-Slovenja.
Din kienet l-ewwel darba li r-rebbieħa preċedenti ta' dan it-titlu kkwalifkaw għall-fażi finali.
UEFA (15-il tim)
CONMEBOL (5 timijiet) |
CAF (5 timijiet) AFC (4 timijiet) CONCACAF (3 timijiet) |
Ħarsa ġenerali
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel rawnd
[immodifika | immodifika s-sors]It-Tazza tad-Dinja bdiet b'xokk hekk kif ir-rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti tal-1998 Franza, mingħajr il-pedina Zinedine Zidane, tilfu l-ewwel partita tagħhom kontra d-debuttanti tas-Senegal, b'gowl ta' Papa Bouba Diop. Fil-fatt, il-Franċiżi naqqsu li jiskorjaw gowl matul l-edizzjoni u spiċċaw l-aħħar post fi Grupp A. L-uniku punt li kisbu kien kontra l-Urugwaj f'pari ta' mingħajr gowls. Id-Danimarka rebħet il-grupp flimkien mas-Senegal li mxew għar-rawnd ta' wara.
Spanja kellha bidu ħafif fi Grupp B, bil-Paragwaj jiskorjaw gowl fl-aħħar minuti kontra s-Slovenja biex ġew l-istess punti mal-Afrika t'Isfel kif ukoll l-istess fid-differenza ta' gowls; minħabba li l-Paragwaj skorja gowl iktar mill-Afrika t'Isfel huma ngħaqdu ma' Spanja fit-tieni rawnd. Il-tim tal-Brażil iddomina Grupp Ċ u t-Turkija ngħaqdu magħhom meta rnexxielhom jikkwalifikaw minħabba differenza ta' gowls aħjar fuq il-Kosta Rika. Iċ-Ċina naqset li tħalli mpressjoni hekk kif spiċċat l-aħħar mingħajr punt u mingħajr gowl. Grupp D ra sorpriżi differenti hekk kif l-Istati Uniti għelbet lill-qawwa tradizzjonali tal-Portugiża bl-iskor ta' 3–2. Wara, il-gowlkiper Brad Friedel kiseb għall-Amerikani pari ta' 1-1 kontra l-Korea t'Isfel. Il-Korea t'Isfel, li kienet diġà fit-tieni rawnd wara li rebħet lill-Polonja 2–0, u rebħet lill-Portugall, tat lill-Istati Uniti post fil-fażi li jmiss.
Il-Ġermanja bdiet l-impenji tagħha b'rebħa kbira ta' 8–0 lis-Għarabja Sawdita fi Grupp E grazzi għal tliet gowls ta' Miroslav Klose. L-Irlanda, li kienu qed jilgħabu mingħajr Roy Keane li ntbagħat id-dar qabel it-Tazza tad-Dinja, ikkwalifikaw għall-fażi ta' wara fuq ċ-ċampjins Afrikani, il-Kamerun.
Fi Grupp F, jew kif kien aħjar magħruf bħala "il-Grupp tal-Mewt", kien hemm il-favoriti l-Arġentina li naqsu li jagħmlu progress mill-grupp. Telfa ta' 1–0 kontra l-Ingilterra b'gowl ta' David Beckham u pari kontra l-Iżvezja żamm lis-Sud-Amerikani milli javvanzaw. L-Iskandinavi rebħu l-grupp u bl-Ingilterra jsegwuhom fit-tieni post. Fi Grupp Ġ, l-Italja, il-Kroazja u l-Ekwador kollha rebħu darba lil xulxin, imma l-pari kontra r-rebbieħa tal-grupp, il-Messiku, flimkien mal-fatt li ż-żewġ timijiet l-oħra tilfu kontra l-Amerikani, ta lill-Italja t-tieni post fil-grupp.
L-ospiti tal-edizzjoni flimkien mal-Korea t'Isfel, il-Ġappun rebħu Grupp H, u l-Belġju akkompanjathom għat-tieni fażi. Ir-Russja u t-Tuniżija kienu tnejn mid-diżappunt tal-kampjonat, u dan il-grupp kien ikkunsidrat bħala l-inqas kompetittiv f'din l-edizzjoni tal-2002.
It-tieni rawnd u l-kwarti tal-finali
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-tieni rawnd, il-Ġermanja rebħet b'gowl fl-aħħar minuti ta' Oliver Neuville kontra l-Paragwaj. L-Ingilterra rebħet b'mod impressjonanti lit-tim Daniż b'riżultat finali ta' 3–0. Is-Senegal komplew jimpressjonaw hekk kif rebħu bil-gowl tad-deheb kontra l-Iżvezja bl-iskor ta' 2–1. Il-gowl ta' Robbie Keane fl-aħħar minuti tal-logħba kontra Spanja ma serviex għall-Irlanda biex jikkwalifikaw meta tilfu fl-għoti tal-penalties kontra t-tim Spanjol. Fil-partita kollha Amerikana, bejn l-Istati Uniti u l-Messiku, l-Istati Uniti ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 2–0 b'gowls ta' Brian McBride u Landon Donovan. Il-Belġju lagħbu logħba qalbiena kontra l-Brażil, però arrendew fl-aħħar taqsima meta l-Brażil ħarġu rebbieħa 2–0. It-Turkija waqfet is-serje pożittiva tal-Ġappun meta rebħu b'gowl uniku. Il-Korea t'Isfel għelbu lill-Italja 2-1 grazzi għal gowl tad-deheb. Ir-rebħa tal-Korea t'Isfel assigurat li għall-ewwel darba fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni t-timijiet mill-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq, l-Amerika t'Isfel, l-Afrika u l-Asja waslu sal-kwarti tal-finali.
Fil-kwarti tal-finali, il-gowl ta' Ronaldinho kien il-gowl rebbieħ fil-konfront kontra l-Ingilterra meta l-Brażil rebħu 2–1. L-Istati Uniti, friski mit-trijonf fuq il-ġirien Messikani, tilfu kontra l-Ġermanja b'gowl minn Michael Ballack. Matul din il-partita l-Amerikani ddominaw il-logħob u kienu sfortunati li ma ngħatawx penalty meta Torsten Frings deher imiss il-ballun b'idu fuq il-linja tal-gowl fid-49 minuta. Il-Korea t'Isfel kompliet sejra 'l quddiem meta rebħet bil-lotterija tal-penalties kontra Spanja, wara li sal-120 minuta l-iskor baqa' mingħajr gowls. F'dan il-konfront l-Ispanjoli kellhom żewġ gowls imħassrin mir-referi. B'hekk, il-Korea t'Isfel sar l-ewwel pajjiż Ażjatiku li kkwalifika għas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja. It-Turkija komplew bil-mixja pożittiva tagħhom permezz ta' rebħa ta' 1–0 kontra s-Senegal, b'dan it-tim tal-aħħar minkejja l-eliminazzjoni tiegħu xorta waħda ħalla impressjoni mhux ftit fl-ewwel dehra tiegħu.
Semifinali, partita għat-tielet post u finali
[immodifika | immodifika s-sors]Is-semifinali raw ż-żewġ logħbiet jispiċċaw 1–0; l-ewwel, il-gowl ta' Ballack kien biżżejjed biex poġġa lill-Ġermanja fil-finali għad-danni tal-Korea t'Isfel. Madanakollu, Ballack irċieva karta safra li b'riżultat t'hekk poġġietu barra mill-finali minħabba n-numru ta' karti sofor akkumulati. Ronaldo skorja s-sitt gowl fil-kompetizzjoni għall-Brażil, bil-gowl tiegħu jkunu l-uniku wieħed li jifred lit-tim tiegħu lit-Turkija. Fil-logħba għat-tielet post, it-Turkija rebħet 3–2 lis-Sud-Koreani f'partita mill-aktar eċitanti. L-ewwel gowl ġie skorjat minn Hakan Şükür 10.8 sekondi biss mill-bidu tal-konfront, l-iktar gowl veloċi li qatt sar fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
Fil-finali ġewwa Yokohama, il-Ġappun, żewġ gowls ta' Ronaldo assiguraw lill-Brażil ir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fuq il-Ġermanja. L-istilla ta' Inter skorja darbtejn fit-tieni taqsima. Dan kien il-ħames unur tal-Brażil, biex ħadu l-ewwel post fil-gradwatorja tal-aktar rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni. Din fissret ukoll l-ewwel darba li tim rebaħ kull logħba tat-Tazza tad-Dinja mill-1970. Il-kaptan tal-Brażil Cafu, li sar l-ewwel plejer li deher fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, aċċetta t-trofew f'isem it-tim.
Stadji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Korea t'Isfel u l-Ġappun ipprovdew kull wieħed għaxar stadji, il-biċċa l-kbira minnhom kollha mibnija ġodda.
Korea t'Isfel
[immodifika | immodifika s-sors]Belt | Stadju | Kapaċità | Ftuħ | Spiża totali |
---|---|---|---|---|
Busan | Busan Asiad Stadium | 55,982 | 2001 | 195 M€ |
Daegu | Daegu World Cup Stadium | 70,140 | 2001 | 257 M€ |
Daejeon | Daejeon World Cup Stadium | 42,176 | 2001 | 128 M€ |
Gwangju | Gwangju World Cup Stadium | 42,880 | 2001 | 136 M€ |
Incheon | Incheon World Cup Stadium | 52,179 | 2001 | 216 M€ |
Jeonju | Jeonju World Cup Stadium | 42,477 | 2001 | 126 M€ |
Seogwipo | Jeju World Cup Stadium | 42,256 | 2001 | 109 M€ |
Séoul | Seoul World Cup Stadium | 68,476 | 2001 | 180 M€ |
Suwon | Suwon World Cup Stadium | 44,047 | 2001 | 219 M€ |
Ulsan | Munsu Cup Stadium | 43,003 | 2001 | 132 M€ |
Ġappun
[immodifika | immodifika s-sors]Belt | Stadju | Kapaċità | Ftuħ | Spiża totali |
---|---|---|---|---|
Ibaraki | Kashima Stadium | 41 800 | 2001 | 213 M€ |
Kōbe | Kobe Wing Stadium | 42 000 | 2001 | 206 M€ |
Miyagi | Miyagi Stadium | 50 000 | 2000 | 269 M€ |
Niigata | Niigata Stadium | 42 700 | 2001 | 269 M€ |
Ōita | Ōita Big Eye Stadium | 43 000 | 2001 | 225 M€ |
Ōsaka | Nagai Stadium | 50 000 | 1996 | 360 M€ |
Saitama | Saitama Stadium 2002 | 63 700 | 2001 | 319 M€ |
Sapporo | Sapporo Dome | 42 122 | 2001 | 379 M€ |
Shizuoka | Shizuoka Stadium | 50 600 | 2001 | 269 M€ |
Yokohama | Yokohama International Stadium | 70 564 | 1997 | 538 M€ |
Referis
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]Il-ħinijiet kollha huma UTC+9.
Fażi tal-gruppi
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-tabelli segwenti:
- L = total ta' logħob li ntlagħbu
- R = total ta' rebħiet
- P = total ta' pari
- T = total ta' telfiet
- GF = total ta' gowls skurjati (favur)
- GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra)
- DG = differenza ta' gowls (GF–GK)
- Pti = total ta' punti akkumulati
It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.
Leġġenda għall-kuluri fit-tabelli tal-gruppi | |
---|---|
Timijiet li avvanzaw għar-rawnd ta' L-Aħħar sittax |
Grupp A
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Danimarka | 3 | 2 | 1 | 0 | 5 | 2 | +3 | 7 |
Senegal | 3 | 1 | 2 | 0 | 5 | 4 | +1 | 5 |
Urugwaj | 3 | 0 | 2 | 1 | 4 | 5 | −1 | 2 |
Franza | 3 | 0 | 1 | 2 | 0 | 3 | −3 | 1 |
31 ta' Mejju 2002 20:30 |
Franza | 0 – 1 | Senegal | Seoul World Cup Stadium, Seoul Attendenza: 62,561 Referi: Ali Bujsaim |
---|---|---|---|---|
Rapport | Bouba Diop 30' |
1 ta' Ġunju 2002 18:00 |
Urugwaj | 1 – 2 | Danimarka | Munsu Cup Stadium, Ulsan Attendenza: 30,157 Referi: Saad Mane |
---|---|---|---|---|
Rodríguez 47' | Rapport | Tomasson 45', 83' |
6 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Danimarka | 1 – 1 | Senegal | Daegu World Cup Stadium, Daegu Attendenza: 43,500 Referi: Carlos Batres |
---|---|---|---|---|
Tomasson 16' (pen.) | Rapport | Diao 52' |
6 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Franza | 0 – 0 | Urugwaj | Asiad Main Stadium, Busan Attendenza: 38,289 Referi: Felipe Ramos |
---|---|---|---|---|
Rapport |
11 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Danimarka | 2 – 0 | Franza | Incheon Munhak Stadium, Incheon Attendenza: 48,100 Referi: Vítor Melo Pereira |
---|---|---|---|---|
Rommedahl 22' Tomasson 67' |
Rapport |
11 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Senegal | 3 – 3 | Urugwaj | Suwon World Cup Stadium, Suwon Attendenza: 33,681 Referi: Jan Wegereef |
---|---|---|---|---|
Fadiga 20' (pen.) Bouba Diop 26' 38' |
Rapport | Morales 46' Forlán 69' Recoba 88' (pen.) |
Grupp B
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Spanja | 3 | 3 | 0 | 0 | 9 | 4 | +5 | 9 |
Paragwaj | 3 | 1 | 1 | 1 | 6 | 6 | 0 | 4 |
Afrika t'Isfel | 3 | 1 | 1 | 1 | 5 | 5 | 0 | 4 |
Slovenja | 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 7 | −5 | 0 |
2 ta' Ġunju 2002 16:30 |
Paragwaj | 2 – 2 | Afrika t'Isfel | Asiad Main Stadium, Busan Attendenza: 25,186 Referi: Ľuboš Micheľ |
---|---|---|---|---|
Santa Cruz 39' Arce 55' |
Rapport | T. Mokoena 63' Fortune 90+1' (pen.) |
2 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Spanja | 3 – 1 | Slovenja | Gwangju World Cup Stadium, Gwangju Attendenza: 28,598 Referi: Mohamed Guezzaz |
---|---|---|---|---|
Raúl 44' Valerón 74' Hierro 87' (pen.) |
Rapport | Cimirotič 82' |
7 ta' Ġunju 2002 18:00 |
Spanja | 3 – 1 | Paragwaj | Jeonju World Cup Stadium, Jeonju Attendenza: 24,000 Referi: Gamal Al-Ghandour |
---|---|---|---|---|
Morientes 53', 69' Hierro 83' (pen.) |
Rapport | Puyol 10' (awt.) |
8 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Afrika t'Isfel | 1 – 0 | Slovenja | Daegu World Cup Stadium, Daegu Attendenza: 47,226 Referi: Ángel Sánchez |
---|---|---|---|---|
Nomvethe 4' | Rapport |
12 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Afrika t'Isfel | 2 – 3 | Spanja | Daejeon World Cup Stadium, Daejeon Attendenza: 31,024 Referi: Saad Mane |
---|---|---|---|---|
McCarthy 31' Radebe 53' |
Rapport | Raúl 4', 56' Mendieta 45+1' |
12 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Slovenja | 1 – 3 | Paragwaj | Jeju World Cup Stadium, Seogwipo Attendenza: 30,176 Referi: Felipe Ramos |
---|---|---|---|---|
Ačimovič 45+1' | Rapport | Cuevas 65', 84' Campos 73' |
Grupp Ċ
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Brażil | 3 | 3 | 0 | 0 | 11 | 3 | +8 | 9 |
Turkija | 3 | 1 | 1 | 1 | 5 | 3 | +2 | 4 |
Kosta Rika | 3 | 1 | 1 | 1 | 5 | 6 | −1 | 4 |
Ċina | 3 | 0 | 0 | 3 | 0 | 9 | −9 | 0 |
3 ta' Ġunju 2002 18:00 |
Brażil | 2 – 1 | Turkija | Munsu Cup Stadium, Ulsan Attendenza: 33,842 Referi: Kim Young-Joo |
---|---|---|---|---|
Ronaldo 50' Rivaldo 87' (pen.) |
Rapport | Hasan 45+2' |
4 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Ċina | 0 – 2 | Kosta Rika | Gwangju World Cup Stadium, Gwangju Attendenza: 27,217 Referi: Kyros Vassaras |
---|---|---|---|---|
Rapport | Gómez 61' Wright 65' |
8 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Brażil | 4 – 0 | Ċina | Jeju World Cup Stadium, Seogwipo Attendenza: 36,750 Referi: Anders Frisk |
---|---|---|---|---|
Roberto Carlos 15' Rivaldo 32' Ronaldinho 45' (pen.) Ronaldo 55' |
Rapport |
9 ta' Ġunju 2002 18:00 |
Kosta Rika | 1 – 1 | Turkija | Incheon Munhak Stadium, Incheon Attendenza: 42,299 Referi: Coffi Codjia |
---|---|---|---|---|
Parks 86' | Rapport | Emre B. 56' |
13 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Kosta Rika | 2 – 5 | Brażil | Suwon World Cup Stadium, Suwon Attendenza: 38,524 Referi: Gamal Al-Ghandour |
---|---|---|---|---|
Wanchope 39' Gómez 56' |
Rapport | Ronaldo 10', 13' Edmílson 38' Rivaldo 62' Júnior 64' |
13 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Turkija | 3 – 0 | Ċina | Seoul World Cup Stadium, Seoul Attendenza: 43,605 Referi: Óscar Ruiz |
---|---|---|---|---|
Hasan 6' Bülent 9' Ümit D. 85' |
Rapport |
Grupp D
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Korea t'Isfel | 3 | 2 | 1 | 0 | 4 | 1 | +3 | 7 |
Stati Uniti | 3 | 1 | 1 | 1 | 5 | 6 | -1 | 4 |
Portugall | 3 | 1 | 0 | 2 | 6 | 4 | +2 | 3 |
Polonja | 3 | 1 | 0 | 2 | 3 | 7 | -4 | 3 |
4 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Korea t'Isfel | 2 – 0 | Polonja | Asiad Main Stadium, Busan Attendenza: 48,760 Referi: Óscar Ruiz |
---|---|---|---|---|
Hwang Sun-Hong 26' Yoo Sang-Chul 53' |
Rapport |
5 ta' Ġunju 2002 18:00 |
Stati Uniti | 3 – 2 | Portugall | Suwon World Cup Stadium, Suwon Attendenza: 37,306 Referi: Byron Moreno |
---|---|---|---|---|
O'Brien 4' J. Costa 29' (awt.) McBride 36' |
Rapport | Beto 39' Agoos 71' (awt.) |
10 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Korea t'Isfel | 1 – 1 | Stati Uniti | Daegu World Cup Stadium, Daegu Attendenza: 60,778 Referi: Urs Meier |
---|---|---|---|---|
Ahn Jung-Hwan 78' | Rapport | Mathis 24' |
10 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Portugall | 4 – 0 | Polonja | Jeonju World Cup Stadium, Jeonju Attendenza: 31,000 Referi: Hugh Dallas |
---|---|---|---|---|
Pauleta 14', 65', 77' R. Costa 88' |
Rapport |
14 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Portugall | 0 – 1 | Korea t'Isfel | Munhak Stadium, Incheon Attendenza: 50,239 Referi: Ángel Sánchez |
---|---|---|---|---|
Rapport | Park Ji-Sung 70' |
14 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Polonja | 3 – 1 | Stati Uniti | Daejeon World Cup Stadium, Daejeon Attendenza: 26,482 Referi: Lu Jun |
---|---|---|---|---|
Olisadebe 3' Kryszałowicz 5' Marcin Żewłakow 66' |
Rapport | Donovan 83' |
Grupp E
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Ġermanja | 3 | 2 | 1 | 0 | 11 | 1 | +10 | 7 |
Irlanda | 3 | 1 | 2 | 0 | 5 | 2 | +3 | 3 |
Kamerun | 3 | 1 | 1 | 1 | 2 | 3 | −1 | 4 |
Arabja Sawdija | 3 | 0 | 0 | 3 | 0 | 12 | −12 | 0 |
1 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Irlanda | 1 – 1 | Kamerun | Niigata Stadium, Niigata Attendenza: 33,679 Referi: Toru Kamikawa |
---|---|---|---|---|
Holland 52' | Rapport | Mboma 39' |
1 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Ġermanja | 8 – 0 | Arabja Sawdija | Sapporo Dome, Sapporo Attendenza: 32,218 Referi: Ubaldo Aquino |
---|---|---|---|---|
Klose 20', 25', 69' Ballack 40' Jancker 45+1' Linke 73' Bierhoff 84' Schneider 90+1' |
Rapport |
5 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Ġermanja | 1 – 1 | Irlanda | Kashima Stadium, Ibaraki Attendenza: 35,854 Referi: Kim Milton Nielsen |
---|---|---|---|---|
Klose 19' | Rapport | Robbie Keane 90+2' |
6 ta' Ġunju 2002 18:00 |
Kamerun | 1 – 0 | Arabja Sawdija | Saitama Stadium, Saitama Attendenza: 52,328 Referi: Terje Hauge |
---|---|---|---|---|
Eto'o 66' | Rapport |
11 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Kamerun | 0 – 2 | Ġermanja | Shizuoka Stadium, Fukuroi Attendenza: 47,085 Referi: Antonio López Nieto |
---|---|---|---|---|
Rapport | Bode 50' Klose 79' |
11 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Arabja Sawdija | 0 – 3 | Irlanda | International Stadium Yokohama, Yokohama Attendenza: 65,320 Referi: Falla N'Doye |
---|---|---|---|---|
Rapport | Robbie Keane 7' Breen 61' Duff 87' |
Grupp F
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Żvezja | 3 | 1 | 2 | 0 | 4 | 3 | +1 | 5 |
Ingilterra | 3 | 1 | 2 | 0 | 2 | 1 | +1 | 5 |
Arġentina | 3 | 1 | 1 | 1 | 2 | 2 | 0 | 4 |
Niġerja | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 3 | −2 | 1 |
2 ta' Ġunju 2002 14:30 |
Arġentina | 1 – 0 | Niġerja | Kashima Stadium, Kashima Attendenza: 34,050 Referi: Gilles Veissière |
---|---|---|---|---|
Batistuta 63' | Rapport |
2 ta' Ġunju 2002 18:30 |
Ingilterra | 1 – 1 | Żvezja | Saitama Stadium, Saitama Attendenza: 52,721 Referi: Carlos Eugênio Simon |
---|---|---|---|---|
Campbell 24' | Rapport | Alexandersson 59' |
7 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Żvezja | 2 – 1 | Niġerja | Kobe Wing Stadium, Kobe Attendenza: 36,194 Referi: René Ortube |
---|---|---|---|---|
Larsson 35', 63' (pen.) | Rapport | Aghahowa 27' |
7 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Arġentina | 0 – 1 | Ingilterra | Sapporo Dome, Sapporo Attendenza: 35,927 Referi: Pierluigi Collina |
---|---|---|---|---|
Rapport | Beckham 44' (pen.) |
12 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Żvezja | 1 – 1 | Arġentina | Miyagi Stadium, Rifu Attendenza: 45,777 Referi: Ali Bujsaim |
---|---|---|---|---|
A. Svensson 59' | Rapport | Crespo 88' |
12 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Niġerja | 0 – 0 | Ingilterra | Nagai Stadium, Osaka Attendenza: 44,864 Referi: Brian Hall |
---|---|---|---|---|
Rapport |
Grupp Ġ
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Messiku | 3 | 2 | 1 | 0 | 4 | 2 | +2 | 7 |
Italja | 3 | 1 | 1 | 1 | 4 | 3 | +1 | 4 |
Kroazja | 3 | 1 | 0 | 2 | 2 | 3 | −1 | 3 |
Ekwador | 3 | 1 | 0 | 2 | 2 | 4 | −2 | 3 |
3 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Kroazja | 0 – 1 | Messiku | Niigata Stadium, Niigata Attendenza: 32,239 Referi: Lu Jun |
---|---|---|---|---|
Rapport | Blanco 60' (pen.) |
3 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Italja | 2 – 0 | Ekwador | Sapporo Dome, Sapporo Attendenza: 31,081 Referi: Brian Hall |
---|---|---|---|---|
Vieri 7', 27' | Rapport |
8 ta' Ġunju 2002 18:00 |
Italja | 1 – 2 | Kroazja | Kashima Stadium, Kashima Attendenza: 36,472 Referi: Graham Poll |
---|---|---|---|---|
Vieri 55' | Rapport | Olić 73' Rapaić 76' |
9 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Messiku | 2 – 1 | Ekwador | Miyagi Stadium, Rifu Attendenza: 45,610 Referi: Mourad Daami |
---|---|---|---|---|
Borgetti 28' Torrado 57' |
Rapport | Delgado 5' |
13 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Messiku | 1 – 1 | Italja | Ōita Stadium, Ōita Attendenza: 39,291 Referi: Carlos Eugênio Simon |
---|---|---|---|---|
Borgetti 34' | Rapport | Del Piero 85' |
13 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Ekwador | 1 – 0 | Kroazja | International Stadium Yokohama, Yokohama Attendenza: 65,862 Referi: William Mattus |
---|---|---|---|---|
Méndez 48' | Rapport |
Grupp H
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Ġappun | 7 | 3 | 2 | 1 | 0 | 5 | 2 | +3 |
Belġju | 5 | 3 | 1 | 2 | 0 | 6 | 5 | +1 |
Russja | 3 | 3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 4 | 0 |
Tuneżija | 1 | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 5 | -4 |
4 ta' Ġunju 2002 18:00 |
Ġappun | 2 – 2 | Belġju | Saitama Stadium, Saitama Attendenza: 55,256 Referi: William Mattus |
---|---|---|---|---|
Suzuki 59' Inamoto 67' |
Rapport |
5 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Russja | 2 – 0 | Tuneżija | Kobe Wing Stadium, Kobe Attendenza: 30,957 Referi: Peter Prendergast |
---|---|---|---|---|
Titov 59' Karpin 64' (pen.) |
Rapport |
9 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Ġappun | 1 – 0 | Russja | International Stadium Yokohama, Yokohama Attendenza: 66,108 Referi: Markus Merk |
---|---|---|---|---|
Inamoto 51' | Rapport |
10 ta' Ġunju 2002 18:00 |
Tuneżija | 1 – 1 | Belġju | Ōita Stadium, Ōita Attendenza: 39,700 Referi: Mark Shield |
---|---|---|---|---|
Bouzaiene 17' | Rapport |
14 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Tuneżija | 0 – 2 | Ġappun | Nagai Stadium, Osaka Attendenza: 45,213 Referi: Gilles Veissière |
---|---|---|---|---|
Rapport |
14 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Belġju | 3 – 2 | Russja | Shizuoka Stadium, Fukuroi Attendenza: 46,640 Referi: Kim Milton Nielsen |
---|---|---|---|---|
Walem 7' Sonck 78' Wilmots 82' |
Rapport |
Fażi eliminatorja
[immodifika | immodifika s-sors]Tabella
[immodifika | immodifika s-sors]L-aħħar sittax | Kwarti tal-finali | Semifinali | Finali | |||||||||||
15 ta' Ġunju – Seogwipo | ||||||||||||||
Ġermanja | 1 | |||||||||||||
21 ta' Ġunju – Ulsan | ||||||||||||||
Paragwaj | 0 | |||||||||||||
Ġermanja | 1 | |||||||||||||
17 ta' Ġunju – Jeonju | ||||||||||||||
Stati Uniti | 0 | |||||||||||||
Messiku | 0 | |||||||||||||
25 ta' Ġunju – Seoul | ||||||||||||||
Stati Uniti | 2 | |||||||||||||
Ġermanja | 1 | |||||||||||||
16 ta' Ġunju – Suwon | ||||||||||||||
Korea t'Isfel | 0 | |||||||||||||
Spanja (pen.) | 1 (3) | |||||||||||||
22 ta' Ġunju – Gwangju | ||||||||||||||
Irlanda | 1 (2) | |||||||||||||
Spanja | 0 (3) | |||||||||||||
18 ta' Ġunju – Daejeon | ||||||||||||||
Korea t'Isfel (pen.) | 0 (5) | |||||||||||||
Korea t'Isfel (ħ.s.) | 2 | |||||||||||||
30 ta' Ġunju – Yokohama | ||||||||||||||
Italja | 1 | |||||||||||||
Ġermanja | 0 | |||||||||||||
15 ta' Ġunju – Niigata | ||||||||||||||
Brażil | 2 | |||||||||||||
Danimarka | 0 | |||||||||||||
21 ta' Ġunju – Shizuoka | ||||||||||||||
Ingilterra | 3 | |||||||||||||
Ingilterra | 1 | |||||||||||||
17 ta' Ġunju – Kobe | ||||||||||||||
Brażil | 2 | |||||||||||||
Brażil | 2 | |||||||||||||
26 ta' Ġunju – Saitama | ||||||||||||||
Belġju | 0 | |||||||||||||
Brażil | 1 | |||||||||||||
16 ta' Ġunju – Ōita | ||||||||||||||
Turkija | 0 | Logħba għat-tielet post | ||||||||||||
Żvezja | 1 | |||||||||||||
22 ta' Ġunju – Osaka | 29 ta' Ġunju – Daegu | |||||||||||||
Senegal (ħ.s.) | 2 | |||||||||||||
Senegal | 0 | Korea t'Isfel | 2 | |||||||||||
18 ta' Ġunju – Miyagi | ||||||||||||||
Turkija (ħ.s.) | 1 | Turkija | 3 | |||||||||||
Ġappun | 0 | |||||||||||||
Turkija | 1 | |||||||||||||
L-Aħħar sittax
[immodifika | immodifika s-sors]15 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Ġermanja | 1 – 0 | Paragwaj | Jeju World Cup Stadium, Seogwipo Attendenza: 25,176 Referi: Carlos Alberto Batres |
---|---|---|---|---|
Neuville 88' | Rapport |
15 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Danimarka | 0 – 3 | Ingilterra | Niigata Stadium, Niigata Attendenza: 40,582 Referi: Markus Merk |
---|---|---|---|---|
Rapport | Ferdinand 5' Owen 22' Heskey 44' |
16 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Żvezja | 1 – 2 (ħ.s.) | Senegal | Oita Stadium, Ōita Attendenza: 39,747 Referi: Ubaldo Aquino |
---|---|---|---|---|
Larsson 11' | Rapport | H. Camara 37' 104' |
16 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Spanja | 1 – 1 (ħ.s.) | Irlanda | Suwon World Cup Stadium, Suwon Attendenza: 38,926 Referi: Anders Frisk |
---|---|---|---|---|
Morientes 8' | Rapport | Robbie Keane 90' (pen.) | ||
Penalties | ||||
Hierro Baraja Juanfran Valerón Mendieta |
3 – 2 | Robbie Keane Holland Connolly Kilbane Finnan |
17 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Messiku | 0 – 2 | Stati Uniti | Jeonju World Cup Stadium, Jeonju Attendenza: 36,380 Referi: Vitor Melo Pereira |
---|---|---|---|---|
Rapport | McBride 8' Donovan 65' |
17 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Brażil | 2 – 0 | Belġju | Kobe Wing Stadium, Kobe Attendenza: 40,440 Referi: Peter Prendergast |
---|---|---|---|---|
Rivaldo 67' Ronaldo 87' |
Rapport |
18 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Ġappun | 0 – 1 | Turkija | Miyagi Stadium, Rifu Attendenza: 45,666 Referi: Pierluigi Collina |
---|---|---|---|---|
Rapport | Ümit D. 12' |
18 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Korea t'Isfel | 2 – 1 (ħ.s.) | Italja | Daejeon World Cup Stadium, Daejeon Attendenza: 38,588 Referi: Byron Moreno |
---|---|---|---|---|
Seol Ki-Hyeon 88' Ahn Jung-Hwan 117' |
Rapport | Vieri 18' |
Kwarti tal-finali
[immodifika | immodifika s-sors]21 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Ingilterra | 1 – 2 | Brażil | Shizuoka Stadium, Fukuroi Attendenza: 47,436 Referi: Felipe Ramos |
---|---|---|---|---|
Owen 23' | Rapport | Rivaldo 45+2' Ronaldinho 50' |
21 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Ġermanja | 1 – 0 | Stati Uniti | Munsu Cup Stadium, Ulsan Attendenza: 37,337 Referi: Hugh Dallas |
---|---|---|---|---|
Ballack 39' | Rapport |
22 ta' Ġunju 2002 15:30 |
Spanja | 0 – 0 (ħ.s.) | Korea t'Isfel | Gwangju World Cup Stadium, Gwangju Attendenza: 42,114 Referi: Gamal Al-Ghandour |
---|---|---|---|---|
Rapport | ||||
Penalties | ||||
Hierro Baraja Xavi Joaquín |
3 – 5 | Hwang Sun-Hong Park Ji-Sung Seol Ki-Hyeon Ahn Jung-Hwan Hong Myung-Bo |
22 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Senegal | 0 – 1 (ħ.s.) | Turkija | Nagai Stadium, Osaka Attendenza: 44,233 Referi: Óscar Ruiz |
---|---|---|---|---|
Rapport | İlhan 94' |
Semifinali
[immodifika | immodifika s-sors]25 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Ġermanja | 1 – 0 | Korea t'Isfel | Seoul World Cup Stadium, Seoul Attendenza: 65,256 Referi: Urs Meier |
---|---|---|---|---|
Ballack 75' | Rapport |
26 ta' Ġunju 2002 20:30 |
Brażil | 1 – 0 | Turkija | Saitama Stadium, Saitama Attendenza: 61,058 Referi: Kim Milton Nielsen |
---|---|---|---|---|
Ronaldo 49' | Rapport |
It-Tielet post
[immodifika | immodifika s-sors]29 ta' Ġunju 2002 20:00 |
Korea t'Isfel | 2 – 3 | Turkija | Daegu World Cup Stadium, Daegu Attendenza: 63,483 Referi: Saad Mane |
---|---|---|---|---|
Lee Eul-Yong 9' Song Chong-Gug 90+3' |
Rapport | Hakan Ş. 1' İlhan 13', 32' |
Finali
[immodifika | immodifika s-sors]30 ta' Ġunju 2002 20:00 |
Ġermanja | 0 – 2 | Brażil | International Stadium Yokohama, Yokohama Attendenza: 69,029 Referi: Pierluigi Collina |
---|---|---|---|---|
Rapport | Ronaldo 67', 79' |
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]L-aqwa skorers
[immodifika | immodifika s-sors]- 8 gowls
- 5 gowls
- 4 gowls
- 3 gowls
- 2 gowls
- gowl
- Awtogowls
- Jorge Costa (għall-Istati Uniti)
- Carles Puyol (għall-Paragwaj)
- Jeff Agoos (għall-Portugall)
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Żarbuna tad-Deheb | Ballun tad-Deheb | Premju Yashin | L-Aqwa Plejer Żagħżugħ | Trofew FIFA Fair Play | L-Aktar Tim Divertenti |
---|---|---|---|---|---|
Ronaldo | Oliver Kahn | Oliver Kahn | Landon Donovan | Belġju | Korea t'Isfel |
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002 |