CONMEBOL
![]() Membri tal-CONMEBOL huma kkuluriti ħodor | |
Formazzjoni | 9 ta' Lulju 1916 |
---|---|
Tip | Organizzazzjoni sportiva |
Kwartieri ġenerali |
![]() |
Sħubija | 10 assoċjazzjoni nazzjonali |
Segretarju Ġenerali | Eduardo de Luca |
President | Nicolás Leoz |
Sit elettroniku | www.conmebol.com |
Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Sud-Amerikan (bl-Ingliż: South American Football Confederation; bil-Franċiż: Confederación Sudamericana de Fútbol) magħrufha aħjar bħala l-CONMEBOL, hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol ġewwa l-Amerika t'Isfel. Ġeneralment kważi kull tim f'din il-federazzjoni kellu żmien fejn iddomina permezz tal-plejers tiegħu, imma l-Arġentina, l-Brażil u l-Urugwaj huma tradizzjonalment l-aqwa timijiet f'dan il-kontinent, bil-Paragwaj u l-Perù li bdew jiddominaw ix-xena wkoll. It-timijiet tal-CONMEBOL kellhom ħafna suċċessi fit-Tazza tad-Dinja. Bl-erba' postijiet allokati għalihom fit-Tazza tad-Dinja minn 32 huma rnexxielhom jirbħu aktar min-nofs l-edizzjonijiet ta' din il-kompetizzjoni u għal ħafna snin, tnejn mill-ewwel ħamsa tal-klassifika tal-FIFA huma membri tal-CONMEBOL.
Ħarsa ġenerali
[immodifika | immodifika s-sors]Din il-federazzjoni bdiet fid-9 ta' Lulju 1916, grazzi għall-Urugwajan Héctor Rivadavia Gómez li kien qed iqajjem il-punt għall-bżonn ta' għaqda fil-futbol madwar il-kontinent. L-Arġentina, l-Urugwaj, il-Brażil u ċ-Ċili kienu l-fundaturi. Il-konfederazzjoni kienet fundata waqt li kien qed isir kampjonat tal-futbol Sud-Amerikan ġewwa Buenos Aires bħala parti miċ-ċentinarju tal-Indipendenza tal-Arġentina. Dan il-kampjonat huwa magħruf bħala l-ewwel edizzjoni tal-Copa América.
Il-Paragwaj (1921), il-Perù (1925), il-Bolivja (1926), l-Ekwador (1927), il-Kolombja (1936) u l-Veneżwela (1952) daħlu membri. Illum, il-CONMEBOL tagħmel parti mill-FIFA u tieħu ħsieb tal-attivitajiet kollha tal-futbol li jsiru f'dawn il-pajjiżi membri. Il-kwartieri ġenerali huma f'Luque fil-Paragwaj. Il-president tal-Kumitat Eżekuttiv hu Nicolás Leoz.
Minkejja li l-Gujana, Surinam u l-Gujana Franċiża huma fl-Amerika t'Isfel dawn ma jagħmlux parti tal-CONMEBOL - għal raġunijiet storiċi, kulturali u prinċipalment sportivi l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom jagħmlu parti mill-CONCACAF. Fost il-kompetizzjonijiet tal-CONMEBOL insibu il-Copa Libertadores de América (bħaċ-Champions League tal-Ewropa) u l-Copa Sudamericana (bħall-UEFA Cup tal-Ewropa) li t-tnejn huma għall-klabbs waqt li Copa América għat-timijiet nazzjonali tal-irġiel.
Presidenti tal-CONMEBOL
[immodifika | immodifika s-sors]Héctor Rivadavia Gómez (1916–1936)
Luis O. Salesi (1936–1939)
Luis A. Valenzuela (1939–1955)
Carlos Dittborn Pinto (1955–1957)
José Ramos de Freitas (1957–1959)
Fermín Sorhueta (1959–1961)
Raúl H. Colombo (1961–1966)
Teófilo Salinas Fuller (1966–1986)
Nicolás Leoz (1986– )
Timijiet nazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Arġentina (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
Bolivja (ingħaqdet mal-CONMEBOL fl-1926)
Brażil (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
Ċili (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
Ekwador (ingħaqad mal-CONMEBOL fl-1927)
Kolombja (ingħaqdet mal-CONMEBOL fl-1936)
Paragwaj (ingħaqad mal-CONMEBOL fl-1921)
Perù (ingħaqad mal-CONMEBOL fl-1925)
Urugwaj (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
Veneżwela (ingħaqdet mal-CONMEBOL fl-1952)
Parteċipazzjoni fit-Tazza tad-Dinja
[immodifika | immodifika s-sors]
18-il darba 14-il darba 10 darbiet 7 darbiet |
4 darbiet 3 darbiet darbtejn |
L-uniku pajjiż li għadu qatt ma kkwalifika f'din il-kompetizzjoni minn din il-federazzjoni hi l-Veneżwela. Dan il-pajjiż hu meqjus bħala l-inqas tim kompetittiv fl-assoċjazzjoni, minkejja li f'dawn l-aħħar snin kiber ħafna.