Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja
Psewdonimu | Gli Azzurri | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC) | ||
Konfederazzjoni | UEFA | ||
Kowċ | Roberto Mancini | ||
Kaptan | Leonardo Bonucci | ||
Rekord ta' preżenzi | Gianluigi Buffon (176) | ||
Rekord ta' gowls | Gigi Riva (35) | ||
Kodiċi tal-FIFA | ITA | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 7 (Awwissu 2022) | ||
L-ogħla | 1 (Novembru 1993, Frar 2007, April–Ġunju 2007, Settembru 2007) | ||
L-inqas | 21 (Awwissu 2018) | ||
L-ewwel logħba | |||
Italja 6–2 Franza (Milan, Italja; 15 ta' Mejju 1910) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Italja 9–0 Stati Uniti (Brentford, Ingilterra; 2 ta' Awwissu 1948) | |||
L-ikbar telfa | |||
Ungerija 7–1 Italja (Budapest, Ungerija; 6 ta' April 1924) |
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja (bit-Taljan: Nazionale di calcio dell'Italia) jirrappreżenta lill-Italja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazione Italiana Giuoco Calcio.
L-Italja hija fost l-aktar timijiet nazzjonali ta' suċċess fl-istorja tal-futbol u tat-Tazza tad-Dinja fejn rebħet erba' titli u dehret f'żewġ finali oħra. L-Italja rebħet ukoll żewġ Kampjonati Ewropej u dehret f'żewġ finali oħra ta' dan it-turnew kontinentali.
It-tim huwa magħruf bħala gli Azzurri (il-Koħol) minħabba li l-ikħal huwa l-kulur komuni wżat għat-timijiet nazzjonali tal-Italja u tradizzjonalment huwa l-kulur tad-Dar ta' Savojja li kienet tirrenja fuq ir-Renju tal-Italja. Fl-1938, l-Italja saret l-ewwel tim nazzjonali li żammet it-titlu mirbuħ f'edizzjoni preċedenti u żammitu għal tnax-il sena minħabba l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Minbarra l-prestazzjoni fit-Tazza tad-Dinja, l-Italja rebħet ukoll midalja tad-deheb fl-Olimpjadi.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]
Dan l-artiklu dwar l-isport huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |