Monako
Mottu: "Deo Juvante"Bl-għajnuna t'Alla | ||||||
Innu nazzjonali: Hymne Monégasque Innu Monagaski |
||||||
Belt kapitali | Monako1 43°43′N 7°25′E / 43.717°N 7.417°E
| |||||
L-ikbar Quartier | Monte Carlo | |||||
Lingwi uffiċjali | Franċiż[1] | |||||
Gvern | Prinċipalità kostituzzjonali unitarja | |||||
- | Prinċep | Albert II | ||||
- | Ministru tal-Istat | Pierre Dartout | ||||
- | President tal-Kunsill Nazzjonali | Stéphane Valeri | ||||
Indipendenza | ||||||
- | Dar ta' Grimaldi | 1297 | ||||
- | Trattat Franko-Monagaski | 1861 | ||||
- | Kostituzzjoni | 1911 | ||||
- | Trattat Franko-Monagaski | 2002 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 2.02 km2 (248) 0.78 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | negliġibbli[2] | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2011 | 36,371[3] (217) | ||||
- | ċensiment tal-2008 | 35,352[2] | ||||
- | Densità | 18,005/km2 (1el) 39,217/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2010 | |||||
- | Total | $4.694 biljun[4] (156) | ||||
- | Per capita | $132,571[4] (1) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2010 | |||||
- | Total | $5.424 biljun[4] (148) | ||||
- | Per capita | $153,177[4] (1) | ||||
IŻU (1997) | 0.946 (għoli ħafna) (1el) | |||||
Valuta | Ewro (€) (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +377 | |||||
TLD tal-internet | .mc | |||||
1 | Il-Monako hija belt-stat. |
Monako ˈmɒnəkoʊ (għajnuna·info), uffiċjalment il-Prinċipalità ta' Monako (Franċiż:Principauté de Monaco Monagaski: Principatu de Múnegu; Taljan:Principato di Monaco; Oċċitan:Principat de Mónegue), hija belt-stat sovrana, li tinsab fir-Riviera Franċiża fl-Ewropa tal-Punent. Il-pajjiż imiss ma Franza fuq tliet naħat u naħa waħda tmiss mal-Baħar Mediterran. Monako għandu erja ta' 2.02 km2 (0.78 mi kw), u popolazzjoni ta' 36,371, dawn jagħmlu l-pajjiż it-tieni l-iżgħar, u l-aktar pajjiż b'popolazzjoni densa fid-dinja. Monako għandu fruntiera tal-art ta' 4.4 km (2.7 mi) biss, kosta ta' 4.1 km (2.5 mi), u wisa' li tvarja bejn 1,700 u 349 m (5,600 u 1,145 ft). L-ogħla punt fil-pajjiż huwa passaġġ dejjaq li jismu Chemin des Révoires fuq l-għoljiet ta' Mont Agel, fid-distrett ta' Les Révoires, li hija 161 metru (528 pied) fuq il-livell tal-baħar. L-aktar Quartier popolat ta' Monako hu Monte Carlo, u l-aktar Ward popolata hija Larvotto/Bas Moulins. Monako hija magħrufa għar-reklamazzjoni tal-art tagħha u ż-żieda fid-daqs tagħha hu stmat li hu 20%.
Monako hu prinċipalità gvernata taħt forma ta' monarkija kostituzzjonali, b'Albert II bħala kap tal-istat. Minkejja li l-Prinċep Albertu II huwa monarka kostituzzjonali, hu għandu poter politiku enormi.[5] Id-Dar ta' Grimaldi iggvernat lil Monako, b'interuzzjonijiet qsar, mill-1297.[a] Il-lingwa uffiċjali hija l-Franċiż, iżda l-Monagask, it-Taljan, u l-Ingliż huma mitkellma u mifhuma. Is-sovranità tal-istat ġiet rikonoxxuta uffiċjalment mit-Trattat Franko-Monagask tal-1861, fejn Monako sar membru sħih bil-vot tan-Ġnus Magħquda fl-1993. Minkejja l-indipendenza ta' Monako u l-politika barranija separata, id-difiża tagħha hija f'idejn Franza. Madankollu, Monako jżomm żewġ unitajiet militari żgħar.
L-iżvilupp ekonomiku ġie xprunat tard fis-seklu 19 bil-ferrovija għall-Franza, u l-ftuħ tal-ewwel każino, Monte Carlo.[6] Minn dakinhar, il-klima ħafifa tal-Prinċipat, xenarji sbiħ, u faċilitajiet għamlu lil Monako famuż mad-dinja għat-turiżmu, u bħala ċentru rikrejattiv għas-sinjuri u l-famużi.Però fis-snin aktar reċenti Monako sar ċentru bankarju maġġur u fittex b'suċċess li jiddiversifika l-ekonomija tiegħu lejn is-servizzi, industriji żgħar ta' valur għolji li ma jniġġsux. L-istat m'għandu l-ebda taxxa tad-dħul, taxxi kummerċjali baxxi u hu magħruf bħala kenn tat-taxxa.
Il-pajjiż kontinentali bl-iqsar kosta fid-dinja huwa Monaco, li għandu 2.02 km, dan il-ħruġ jinsab fuq il-fruntiera ma' Franza (6 km) U Monako huwa l-pajjiż kontinentali bl-iqsar kosta fl-Ewropa.
-
Monte Carlo Casino (Le Casino/Casino de Monte Carlo/Casino di Monte Carlo)
-
Monte Carlo Casino (Le Casino/Casino de Monte Carlo/Casino di Monte Carlo)
-
Monte Carlo Casino (Le Casino/Casino de Monte Carlo/Casino di Monte Carlo)
-
Monte Carlo Casino (Le Casino/Casino de Monte Carlo/Casino di Monte Carlo)
-
Monte Carlo Casino (Le Casino/Casino de Monte Carlo/Casino di Monte Carlo)]
-
Le Portier, Ġunju 2022
-
Le Portier, Ġunju 2021
-
Le Portier Julio, Lulju 2020
-
Le Portier Julio, Lulju 2020
-
Le Portier, Settembru 2019
-
Le Portier, Mejju 2019
-
Monaco-Ville
-
Monte-Carlo/Munte Carlu/Montecarlo
-
La Rousse/San Roman
-
Le Larvotto/Larvotto
-
Le Larvotto/Larvotto
-
Le Larvotto/Larvotto Promenade
-
Monte Carlo Bay Hotel
-
Saint Michel/San Miguel
-
La Condamine
-
La Colle
-
Les Révoires/Les Revoires
-
Monegeti/Moneghetti
-
Fontville/Fontvieille
-
Fontville/Fontvieille
-
Le Portier
Noti
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Filfatt Francesco Grimaldi, li qabad il-Blata matul il-lejl tat-8 ta' Jannar 1297, hu kien imġiegħel jaħrab mill-Monako erba' snin biss wara dan l-attakk famuż u qatt ma mar lura. Il-familja Grimaldi ma kinux f'pożizzjoni li jiżguraw b'mod permanenti l-ħakma tagħhom sal-1419 meta xtraw Monako, flimkien ma' żewġ irħula ġirien, Menton u Roquebrune. Sors: Edwards, Anne (1992). The Grimaldis of Monaco: The Centuries of Scandal – The Years of Grace (bl-Ingliż). William Morrow. ISBN 978-0-688-08837-8.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Constitution de la Principauté" (bil-Franċiż). Kunsill tal-Gvern. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2008-05-22.
- ^ a b "Monaco en Chiffres" (PDF) (bil-Franċiż). Principauté de Monaco. 2010-07-07. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-11-15. Miġbur 2023-12-23.
- ^ "Population et emploi" (bil-Franċiż). Imsee.mc. Miġbur 2012-09-06.
- ^ a b ċ d "World Development Indicators" (bl-Ingliż). Bank Dinji. Miġbur 2012-10-08.
- ^ "Monaco Politics – the unusual political system of Monaco". Nice-city-vacation.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-24. Miġbur 2012-03-22.
- ^ "Monaco – Economy and Trade of Monaco" (bl-Ingliż). Qfinance. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-05-08. Miġbur 2012-03-22.