Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012
(PL) Mistrzostwa Europy w Piłce Nożnej 2012 (UK) Чемпіонат Європи з футболу 2012 | |
---|---|
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti |
Polonja Ukrajna |
Dati | 8 ta' Ġunju – 1 ta' Lulju |
Parteċipanti | 16 (minn konfederazzjoni waħda) |
Grawnds | 8 (f'8 ibliet ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Spanja (it-3 titlu) |
It-Tieni post | Italja |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 31 |
Gowls skorjati | 76 (2.45 kull logħba) |
Attendenza | 1,440,896 (46,481 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Fernando Torres (3) |
← 2008 2016 → |
Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012, magħrufin sempliċement bħala Euro 2012, kienu l-erbatax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, kompetizzjoni dedikata għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-UEFA. Il-fażi finali tat-turnew saret ġewwa l-Polonja u l-Ukrajna bejn it-8 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2012.
Din kienet l-aħħar darba li l-fażi finali rat il-parteċipazzjoni ta' 16-il pajjiż, fejn għall-edizzjoni tal-2016 hu previst li n-numru ta' parteċipanti jiġi estiż għal 24. Il-fażi ta' kwalifikazzjoni saret bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.
Fil-finali li saret ġewwa l-Olympic Stadium ta' Kjiv (l-Ukrajna), Spanja rebħu l-kompetizzjoni bl-iskor ta' 4–0 kontra l-Italja. B'din ir-rebħa Spanja saru l-ewwel tim li rebħu żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tal-Kampjonati tal-Euro, u l-ewwel tim nazzjonali Ewropew li rebaħ tliet titli internazzjonali infila, li jinkludu l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2010. Minħabba li Spanja kienu diġà ggwadanjaw l-aċċess għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 wara t-trijonf fit-Tazza tad-Dinja, l-Italja ikkwalifikat.
L-għażla tal-organizzatur
[immodifika | immodifika s-sors]Offerti
[immodifika | immodifika s-sors]Għall-bidu, l-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment kienet bejn ħames offerti minn seba' pajjiżi: Kroazja–Ungerija (ma' xulxin), il-Greċja, l-Italja, Polonja–Ukrajna (ma' xulxin), u t-Turkija.
Nhar it-8 ta' Novembru, 2005, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA naqqas il-lista tal-kandidati għal tlieta:[1]
Pajjiż | Voti |
---|---|
Italja | 11 |
Kroazja / Ungerija | 9 |
Polonja / Ukrajna | 7 |
Turkija | 6 |
Greċja | 2 |
Fil-31 ta' Mejju 2006, it-tliet offerti komplew it-tieni fażi tal-proċess billi bagħtu iktar dossiers dettaljati. F'Settembru tal-2006, il-UEFA wettqet żjarat fuq is-siti tal-pajjiżi kandidati. L-offerta ta' Polonja–Ukrajna ġiet magħżula b'votazzjoni mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA waqt laqgħa ġewwa Cardiff nhar it-18 ta' April 2007. B'hekk din saret it-tielet darba li żewġ pajjiżi ospitaw il-Kampjonati Ewropej, wara Belġju–Pajjiżi l-Baxxi (2000) u Awstrija–Żvizzera (2008). Ir-riżultati tal-votazzjoni kienu hekk:
Pajjiż | Voti |
---|---|
Polonja / Ukrajna | 8 |
Italja | 4 |
Kroazja / Ungerija | 0 |
Proċedura tal-votazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-votazzjoni kellha ssir f'massimu ta' żewġ rawnds. Sabiex il-vot ikun validu, kellu jkun hemm kworum fil-kamra tal-laqgħat, jiġifieri, mill-inqas tmien membri tal-Kumitat, esklużi l-president u d-deputat li ma kellhomx id-dritt il-vot. Fl-ewwel rawnd, kull membru kellu vot wieħed. Minħabba li l-offerta tal-Polonja u l-Ukrajna kisbet maġġoranza assoluta ta' tmien voti, din tħabbret bħala r-rebbieħa u ma kienx hemm bżonn li jsir it-tieni rawnd.
Il-votazzjoni saret mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA kompost minn 14-il membru:
La Carraro u lanqas Surkis ma setgħu jivvutaw fl-ebda votazzjoni, minħabba li kienu rappreżentati ta' pajjiżi kandidati. Din ħalliet tnax-il vot disponibbli għat-tliet offerti.
Stadji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-lista tat-tmient ibliet li se jospitaw il-partita tal-Euro 2012 ġiet uffiċjalizzata mill-UEFA f'laqgħa ġewwa Bukarest nhar l-14 ta' Mejju 2009, fejn kull grupp se jibbaża ruħu fuq żewġ grawnds kull wieħed.
Il-bliet ospiti ta' Varsavja, Gdańsk, Wrocław, Poznań, Kjiv u Lviv huma kollha mkejjen turistiċi popolari, bil-kontra ta' Donetsk u Kharkiv (tal-aħħar ħadet post lil Dnipropetrovsk bħala belt ospitu fl-2009).
Polonja | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
Varsavja | Gdańsk | Wrocław | Poznań | ||||
Stadion Narodowy Postijiet: 56,070 |
PGE Arena Postijiet: 39,150 |
Stadion Miejski Postijiet: 40,000 |
Municipal Stadium Postijiet: 39,550 | ||||
| |||||||
Ukrajna | |||||||
Kjiv | Donetsk | Kharkiv | Lviv | ||||
Olympic Stadium Postijiet: 64,640 |
Donbass Arena Postijiet: 49,400 |
Metalist Stadium Postijiet: 37,750 |
Arena Lviv Postijiet: 32,990 | ||||
Kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012.
It-tlugħ tal-poloz għall-partiti tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2012 saru ġewwa Varsavja fis-7 ta' Frar 2010. 51 tim daħlu jikkompetu għal 14-il post fil-fażi finali, flimkien mal-Polonja u l-Ukrajna. Dawn it-timijiet ġew maqsuma f'disa' gruppi, bil-polza taqsamhom skont il-koeffiċjenti tat-timijiet nazzjonali tal-UEFA.
Ir-rawnd ta' kwalifikazzjoni bdiet f'Awwissu tal-2010 u tlestiet f'Novembru 2011. Fi tmiem il-fażi tal-gruppi f'Ottubru 2011, id-disa' rebbieħa tal-gruppi għaddew awtomatikament għall-finali, bl-aqwa tim li spiċċa fit-tieni post jagħmel dan ukoll. It-tmien timijiet l-oħra li temmew fit-tieni post affrontaw lil xulxin fi play-off ta' żewġ legs, bir-rebbieħa jaqtgħu passaġġ għall-finali.
Timijiet parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-fażi finali tal-kompetizzjoni se tara sittax-il tim nazzjonali, format li ilu jiġi adottat mill-1996. Ċerti assoċjazzjonijiet tal-futbol Ewropej ipproponew li dan jiġi estiż għal 24 tim, minkejja li n-numru ta' membri tal-UEFA ftit li xejn kiber minn mindu saret l-aħħar estensjoni fl-1996 (53 f'April tal-2006 ikkumparat ma' 48 fl-Euro 1996). F'April tal-2007, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA iddeċieda kontra l-estensjoni għall-2012.
Għal dawn il-kampjonati, tnax-il finalist ħadu sehem fl-edizzjoni preċedenti tal-2008, bl-Ingilterra u d-Danimarka jirritornaw wara l-2004. Ir-Repubblika tal-Irlanda rritornat wara assenza ta' 24 sena għat-tieni dehra tagħhom f'fażi finali tal-kompetizzjoni. Waħda mill-ospiti, l-Ukrajna, iddebuttat bħala pajjiż indipendenti wara r-rebħ tal-edizzjoni inawgurali tal-1960 bħala parti mill-Unjoni Sovjetika.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Chaplin, Mark (2005-11-08). "Trio in EURO 2012 running" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2007-04-19.