Dodoma
Dodoma | |
---|---|
Tanzanija | |
Amministrazzjoni | |
Repubblika | Tanzanija |
Region of Tanzania | Dodoma Region (en) |
Ġeografija | |
Koordinati | 6°11′01″S 35°44′46″E / 6.1835°S 35.746°EKoordinati: 6°11′01″S 35°44′46″E / 6.1835°S 35.746°E |
Superfiċjenti | 2,576 kilometru kwadru |
Għoli | 1,120 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 213,636 abitanti (2012) |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 1906 |
Żona tal-Ħin | UTC+3 |
bliet ġemellati | Jaipur, Bangui (en) , Linz (en) u Watsa (en) |
dodoma.go.tz |
Dodoma (li tfisser għerqet fil-lingwa Gogo), uffiċjalment il-Belt ta' Dodoma (Jiji Kuu la Dodoma, bis-Swaħili), hija l-kapitali tat-Tanżanija[1] u l-kapitali amministrattiva kemm tal-Kunsill Muniċipali ta' Dodoma kif ukoll tar-Reġjun kollu ta' Dodoma, b'popolazzjoni ta' 765,179.[2][1] Fl-1974, il-gvern tat-Tanżanija ħabbar li l-kapital federali tat- Tanżanija se tiġi mċaqalqa minn Dar es Salaam għal Dodoma għal raġunijiet soċjali u ekonomiċi u biex tiċċentralizza l-kapital fil-pajjiż. Dodoma saret il-kapital uffiċjali fl-1996.
Ħafna mid-disinn inizjali ta' Dodoma ma daħalx fis-seħħ qabel is-seklu 21. F'Mejju 2023, il-gvern nazzjonali taħt il-President Samia Suluhu żvela l-Binja tal-Istat il-ġdida f'Dodoma f'avveniment storiku li mmarka iċ-ċaqliqa tal-ħidma tal-gvern lejn din il-belt. B'hekk, Dar es Salaam baqgħet il-kapitali kummerċjali u marittima tat-Tanżanija b'Dodoma s-sit tal-Binja tal-istat Ikulu, u numru kbir ta' funzjonijiet tal-gvern.
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt tinsab fin-naħa tan-nofs tal-pajjiż, 453 kilometres (281 mi) fil-punent tal-kapitali preċedenti f'Dar es Salaam u 441 kilometres (274 mi) lejn in-nofsinhar minn Arusha, il-kwartieri ġenerali tal- Komunità tal-Afrika tal-Lvant. Dodama hija 259 kilometres (161 mi) fit-tramuntana ta' Iringa minn Mtera. Hija wkoll 260 kilometres (160 mi) fil-punent ta' Morogoro. Gkopri erja ta’ 2,669 square kilometres (1,031 sq mi) li minnhom 625 square kilometres (241 sq mi) huma urbanizzati.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b "Country Profile from the official website of Tanzanian government". Miġbur 2014-03-01.
- ^ "2012 The United Republic of Tanzania Population and Housing Census". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-04-13. Miġbur 2014-03-12.