Albi
Albi | ||
---|---|---|
Franza | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Franza | |
Administrative territorial entity of France | Franza Metropolitana | |
Region of France | Occitanie | |
Dipartimenti ta' Franza | Tarn (en) | |
Arrondissement of France | arrondissement of Albi (en) | |
Kap tal-Gvern | Stéphanie Guiraud-Chaumeil (en) | |
Isem uffiċjali | Albi | |
Ismijiet oriġinali | Albi | |
Kodiċi postali |
81000 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 43°55′41″N 2°08′45″E / 43.9281°N 2.1458°EKoordinati: 43°55′41″N 2°08′45″E / 43.9281°N 2.1458°E | |
Superfiċjenti | 44.26 kilometru kwadru | |
Għoli | 169 m, 130 mu 308 m | |
Fruntieri ma' | Lescure-d'Albigeois (en) , Cagnac-les-Mines (en) , Cambon (en) , Carlus (en) , Castelnau-de-Lévis (en) , Cunac (en) , Florentin (en) , Fréjairolles (en) , Marssac-sur-Tarn (en) , Puygouzon (en) , Rouffiac (en) , Saint-Juéry (en) , Saliès, Le Sequestre (en) u Terssac (en) | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 49,714 abitanti (1 Jannar 2021) | |
Informazzjoni oħra | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | |
bliet ġemellati | Girona, Palo Alto (mul) , City of Randwick (en) u Abomey (en) | |
mairie-albi.fr |
Albi ([albi]; bl-Oċċitan: Albi [ˈalβi]) hija belt u muniċipalità fin-Nofsinhar ta' Franza. Hija l-prefettura tad-dipartiment ta' Tarn, fuq ix-xmara Tarn, 85 kilometru fil-Grigal ta' Toulouse. L-abitanti tagħha jissejħu Albiġensjani (bil-Franċiż: Albigeois, Albigeoise(s), bl-Oċċitan: albigés -esa(s)). Hija s-sede tal-Arċisqof ta' Albi. Il-belt episkopali, madwar il-Katidral ta' Santa Ċeċilja, tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.[1][2]
Amministrazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Albi hija s-sede ta' erba' cantons, li jkopru 16-il komun, b'popolazzjoni totali ta' 71,281 ruħ.[3]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel insedjament uman f'Albi kien fi Żmien il-Bronż (3000-600 Q.K.). Wara l-ħakma ta' Gaul mir-Rumani fil-51 Q.K., il-belt saret Civitas Albigensium, it-territorju tal-Albigeois, Albiga. L-iskavi arkeoloġiċi ma żvelawx traċċi ta' binjiet Rumani, u dan donnu jindika li Albi kienet insedjament Ruman mudest.
Fl-1040, Albi tkabbret permezz tal-kostruzzjoni tal-Pont Vieux (il-Pont Antik). Inbnew kwartieri ġodda, u dawn kienu jindikaw li kien hemm tkabbir urban konsiderevoli dak iż-żmien. Il-belt saret sinjura bis-saħħa tal-kummerċ u tal-iskambji kummerċjali, kif ukoll bis-saħħa tan-nollijiet imposti lill-vjaġġaturi talli kienu jużaw il-Pont Vieux.
Fl-1208, il-Papa u r-re Franċiż għaqdu l-forzi tagħhom sabiex jiġġieldu kontra l-Katari, li kienu żviluppaw il-verżjoni tagħhom ta' dualiżmu Kristjan axxetiku, u b'hekk dan tqies bħala ereżija perikoluża mill-Knisja Kattolika dominanti. Ir-repressjoni kienet severa, u bosta Katari ġew maħruqa ħajjin fir-reġjun kollu. Iż-żona tal-madwar, li sa dak iż-żmien kienet prattikament indipendenti, spiċċat f'kundizzjoni tant imwiegħra li sussegwentement ġiet annessa mill-Kuruna Franċiża.
Wara t-taqbida tal-Kruċjata ta' Albi kontra l-Katari, l-isqof Bernard de Castanet, fl-aħħar tas-seklu 13, temm ix-xogħlijiet fuq il-Palais de la Berbie, li kien Palazz tal-Isqfijiet bid-dehra ta' fortizza. Huwa ordna l-kostruzzjoni tal-Katidral ta' Santa Ċeċilja fl-1282. Il-belt gawda perjodu ta' prosperità kummerċjali, l-iktar minħabba l-kultivazzjoni tal-Isatis Tinctoria, pjanta kruċifera li tagħti żebgħa blu. Id-djar lussużi li nbnew matul ir-Rinaxximent jixhdu r-rikkezzi kbar li kienu qalgħu l-merkanti taż-żebgħa partikolari.
Albi kellha komunità Lhudija żgħira matul il-Medju Evu, sakemm ma nqerditx għalkollox fis-snin 20 tas-seklu 14 matul il-Kruċjata tar-Rgħajja.[4] Wara dan l-avveniment, il-Lhud kienu jitħallew jittranżitaw mill-belt bi ħlas biss, u mingħajr ma jgħixu fiha. Fl-1967, xi 70 Lhudi jew Lhudija kienu jgħixu f'Albi, u l-biċċa l-kbira minnhom oriġinaw mit-Tramuntana tal-Afrika.[5]
Albi kkonservat il-wirt arkitettoniku rikk tagħha li jinkorpora d-diversi perjodi brillanti tal-istorja tagħha. Sar xogħol ta' titjib u restawr konsiderevoli, biex il-kwartieri antiki jingħataw dehra isbaħ u ġdida bl-użu tal-brikks.
Attrazzjonijiet ewlenin
[immodifika | immodifika s-sors]Albi nbniet madwar il-katidral oriġinali u l-grupp episkopali ta' binjiet. Din iż-żona storika tkopri 63 ettaru. Il-karatteristika ewlenija tal-biċċa l-kbira tal-binjiet huwa l-użu tal-brikks ħomor u tal-madum aħmar. Flimkien ma' Toulouse u Montauban, Albi hija waħda mill-bliet prinċipali li nbnew bl-istil ta' Languedoc, jiġifieri bil-brikks ħomor.
Fost il-binjiet tal-belt hemm il-Katidral ta' Santa Ċeċilja, kapulavur tal-istil Gotiku tan-Nofsinhar, li nbena bejn is-sekli 13 u 15. Huwa kkaratterizzat minn kuntrast qawwi bejn il-parti esterna difensiva u awstera tiegħu, u t-tiżjin mill-isbaħ fuq ġewwa. Il-katidral inbena bħala turija tal-fidi Kristjana wara t-taqbid tal-ereżija tal-Katari. Din l-istruttura tal-brikks ġganteska ġiet imżejna iktar tul is-sekli, pereżempju d-Daħla ta' Dominique de Florence, it-torri tal-kampnar għoli 78 metru, il-Baldakkin fuq id-daħla (1515-1540). Il-ħajt diviżorju mżejjen tal-Kurċifiss huwa xogħol tal-filugranu bil-ġebel bl-istil Gotiku. Huwa ddekorat b'grupp mill-isbaħ ta' statwi polikromatiċi mnaqqxin minn artisti mill-istudjos ta' Cluny, f'Bourgogne, u jinkludu iżjed minn 200 statwa li żammew il-kuluri oriġinali tagħhom.
Il-Palais de la Berbie, li qabel kien il-Palazz tal-Isqfijiet ta' Albi u issa jospita l-Mużew ta' Toulouse-Lautrec, huwa eqdem mill-Palais des Papes fil-Papat ta' Avignon, u huwa wieħed mill-eqdem u l-aqwa kastelli ppreservati fi Franza. Din il-fortizza imponenti tlestiet fl-aħħar tas-seklu 13. Isem il-palazz ġej mill-kelma bl-Oċċitan Bisbia, li tfisser Palazz tal-Isqfijiet.
Il-Pont Antik (Pont Vieux) għadu jintuża wara kważi millenju. Oriġinarjament inbena bil-ġebel (fl-1035), imbagħad miksi bil-brikks, u jserraħ fuq tmien ħnejjiet b'tul ta' 151 metru. Fis-seklu 14, il-pont ġie ffortifikat u rinfurzat b'pont li jittella' u jitniżżel, u nbnew id-djar mal-mollijiet.
Albi hija belt magħrufa għal-Lycée Lapérouse tagħha, skola sekondarja ta' 500 student li tinsab fi ħdan monasteru antik. Toffri diversi klassijiet avvanzati tal-letteratura. Barra minn hekk, hija waħda mill-ftit skejjel li għandha sezzjoni mużikali fuq skala kbira b'kmamar speċjali b'teknoloġija għolja apposta. L-esploratur tal-Paċifiku Jean-François de Galaup, il-Konti ta' Lapérouse, huwa kkommemorat f'mużew.
Fi ħdan mitħna antika f'41 rue Porta, iċ-Ċentru tal-Arti Le LAIT huwa laboratorju tar-riċerka ddedikat lill-arti kontemporanja.[6]
Toulouse-Lautrec
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Mużew ta' Toulouse-Lautrec jospita iktar minn 1,000 opra tal-arti, inkluż 31 poster famuż. Dawn l-opri tal-arti jiffurmaw l-ikbar kollezzjoni pubblika fid-dinja ddedikata lil Henri de Toulouse-Lautrec, li twieled f'Albi fl-1864.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Belt Episkopali ta' Albi ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Albi hija moqdija minn żewġ stazzjonijiet ferrovjarji fuq il-linja ferrovjarja minn Toulouse sa Rodez:
- Gare d'Albi-Ville
- Gare d'Albi-Madeleine
L-awtostrada A68 tikkollega l-belt ta' Albi ma' Toulouse (u Lyon permezz tal-awtostrada N 88 futura).
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]- SC Albi – it-tim tal-unjoni tar-rugby tal-belt li jikkompeti fit-tieni diviżjoni tar-Rugby Pro D2.
- RC Albi – tim tal-league tar-rugby li jikkompeti fil-Kampjonat Elite Wieħed.
- Albi kienet tospita l-Istadju 13 tat-Tour de France tal-2007 taċ-ċikliżmu. L-istadju kien jikkonsisti minn perkors individwali bil-ħin ta' 55 kilometru li kien jibda u jispiċċa fil-belt.
- Albi kienet tospita t-tmiem tal-Istadju 10 tat-Tour de France tat-Tnejn 15 ta' Lulju 2019. Kien hemm jum ta' mistrieħ f'Albi fl-Istadju 16 u Albi kienet il-bidu tal-Istadju 11 sa Toulouse tal-Erbgħa 18 ta' Lulju 2019.
- Iċ-Ċirkwit ta' Albi huwa ċirkwit jew trakka qrib l-ajruport ta' Albi fejn itellqu l-karozzi u l-muturi, u jintuża għat-tlielaq nazzjonali.
Edukazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- École des mines d'Albi-Carmaux
- Ċentru Universitarju Jean-François Champollion għat-Tagħlim u r-Riċerka
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Albi tesperjenza klima subtropikali umduża (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: Cfa), kważi klima oċeanika (Cfb). Bħall-biċċa l-kbira tal-Lbiċ ta' Franza, is-sjuf għandhom it-tendenza jkunu iktar sħan u x-xtiewi inqas kesħin mill-maġġoranza taż-żoni bi klassifikazzjoni klimatika simili. Ix-xita sostanzjali li tinżel fis-sajf tipprevjeni li l-klima tagħha tiġi kklassifikata bħala Mediterranja.
Data klimatika għal Albi (medji tal-1981-2010) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. mass. rekord °C (°F) | 19.5
(67.1) |
24.7
(76.5) |
28.3
(82.9) |
29.9
(85.8) |
33.5
(92.3) |
40.5
(104.9) |
40.8
(105.4) |
41.4
(106.5) |
36.4
(97.5) |
31.4
(88.5) |
25.3
(77.5) |
21.0
(69.8) |
41.4
(106.5) |
Temp. mass. medja °C (°F) | 9.4
(48.9) |
11.2
(52.2) |
14.7
(58.5) |
17.4
(63.3) |
21.6
(70.9) |
25.5
(77.9) |
28.7
(83.7) |
28.4
(83.1) |
24.7
(76.5) |
19.7
(67.5) |
13.2
(55.8) |
9.8
(49.6) |
18.7
(65.7) |
Temp. baxxa medja °C (°F) | 1.4
(34.5) |
1.7
(35.1) |
3.8
(38.8) |
6.2
(43.2) |
10.2
(50.4) |
13.6
(56.5) |
15.8
(60.4) |
15.6
(60.1) |
12.3
(54.1) |
9.5
(49.1) |
4.9
(40.8) |
2.1
(35.8) |
8.1
(46.6) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | −18.6
(−1.5) |
−12.0
(10.4) |
−9.8
(14.4) |
−2.9
(26.8) |
−0.2
(31.6) |
4.3
(39.7) |
6.5
(43.7) |
4.9
(40.8) |
1.0
(33.8) |
−2.7
(27.1) |
−9.4
(15.1) |
−10.5
(13.1) |
−18.6
(−1.5) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 55.9
(2.20) |
53.1
(2.09) |
51.5
(2.03) |
82.0
(3.23) |
79.9
(3.15) |
64.4
(2.54) |
40.6
(1.60) |
55.9
(2.20) |
57.1
(2.25) |
65.4
(2.57) |
60.0
(2.36) |
65.1
(2.56) |
730.9
(28.78) |
Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni | 10.2 | 8.4 | 8.8 | 10.2 | 9.6 | 7.3 | 5.1 | 6.5 | 6.7 | 9.1 | 9.7 | 10.0 | 101.7 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 96.6 | 118.6 | 177.0 | 183.6 | 219.3 | 244.9 | 270.6 | 255.7 | 213.5 | 154.1 | 92.7 | 86.8 | 2,113.2 |
Sors: Météo France[7] |
Demografija
[immodifika | immodifika s-sors]
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: EHESS[8] u INSEE[9] (1968-2017) |
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Albi hija ġemellata ma':[10]
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Antoinette de Saliès (1639-1730), kittieba u femminista
- Jean-François de Galaup, Konti ta' Lapérouse (1741 – għall-ħabta tal-1788), esploratur tal-Paċifiku
- Henri de Toulouse-Lautrec (1864-1901), pittur, karikaturista u illustratur
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "World Heritage Committee inscribes five new cultural sites on World Heritage List and approves two extensions to existing properties". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-23.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Episcopal City of Albi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-23.
- ^ "Popolazzjoni" (PDF).
- ^ "ALBY (ALBI) - JewishEncyclopedia.com". jewishencyclopedia.com. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "Albi". www.jewishvirtuallibrary.org. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "centre d'art Le Lait". www.centredartlelait.com. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "PREVISIONS METEO FRANCE - Site Officiel de Météo-France - Prévisions gratuites à 15 jours sur la France et sur le monde". meteofrance.com. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "Albi - Notice Communale". cassini.ehess.fr. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "Évolution et structure de la population en 2017 − Commune d'Albi (81004) | Insee". www.insee.fr. Miġbur 2021-09-23.
- ^ albi.fr. ""Albi: Une destination unique"" (PDF).