Sottospeċi
Fiż-Żooloġija, it-Takson Sottospeċi huwa l-livell immedijatament taħt l-ispeċi, waqt li fil-botanika bħala ekwivalenti qiegħed jintuża t-Takson Varjetà għalkemm "sensu stricto" dan m'huwiex eżattament ekwivalenti.
Fiż-Żooloġija, l-isem xjentifiku ta' Sottospeċi huwa l-isem binominali b'immedjatament warajh l-isem sottospeċifiku, eż. Homo sapiens sapiens. Il-Kodiċi Internazjonali tan-Nomenklatura Żooloġika (4 edizjoni, 2000) ma kien hemm l-ebda tentativ biex jikkodifikaw "entita infrasottospeċifika" (eż. ir-Razzez tal-Bniedem).
Jekk ikun hemm bżonn ta' Takson sottospeċifiku f'nomenklatura ta' annimali jista' jingħata isem trinominali jew trinominal. Ħafna "eżemplari tipiċi" jistgħu jiġu deskritti, iżda ma jistgħux jiġu meqjusa bħala assoluti jew kategoriċi. Dawn il-forom ma għandhomx status uffiċjali, għalkemm jistgħu jkunu ta' għajnuna biex jiddiskrivu popolazjonijiet ta' altitudni jew ġeografija differenti.
Sottospeċi indikata bir-repetizjoni ta' l-isem speċifiku hija magħrufha bħala is-"sottospeċi nominata". Allura Panthera leo leo hija is-"sottospeċi nominata" ta' l-Iljun (Panthera leo). F'dokumenti xjentifiċi, is-Sottospeċi tkun komunement imqassra f'abbrevjazjoni subsp. jew ssp. — eż. Iljun Asjatiku ssp. persica huwa l-istess bħal Iljun.
Wieħed għandu jinnota li:
- Fil-botanika Sottospeċi ( jew Varjetà, li huwa Takson li qiegħed jiġi użat ta' spiss bħala livell ekwivalenti) huwa livell fost oħrajn taħt il-livell Speċi li jista' jingħata isem bi 3 partijiet.
- Fil-batterioloġija, it-Taksa sottospeċi u varjetà jintużaw it-2 u jistgħu jintużaw flok xulxin.
Kriterji
[immodifika | immodifika s-sors]Membri ta' sottospeċi jridu jkunu morfoloġikament differenti minn membri ta' sottospeċi oħra ta' l-istess speċi. Sottospeċi huma definiti f'relazjoni ma' speċi. M'huwiex possibli li wieħed jifhem il-kunċett ta' sottospeċi mingħajr ma jkun fehem x'inhi speċi. Fil-kuntest ta' organiżmi ħajjin kbar bħal fjuri, siġar, ħut, għasafar u l-bniedem, speċi tista tkun definita bħala grupp distint u magħruf li jissodisfa 2 kundizjonijiet:
- Membri tal-grupp jintgħarfu biċ-ċar minn membri ta' gruppi oħra. Id-distinzjoni tista' ssir b'numru ta' metodi, bħal: forom differenti ta' weraq, numru differenti ta' rixx primarju fil-ġwienaħ, ritwal partikolari fl-imġieba waqt it-tgħammir, qiesien relativi ta' ċertu għadam u sekwenzi differenti ta' DNA. Minn dawn m'hemmx bżonn ta' set minimu b'ammont partikolari ta' differenzi. Madankollu fil-prattika hemm tendenza li differenzi żgħar ħafna jiġu njorati u mwarba.
- It-taħlit ta' materjal ġenetiku bejn il-grupp u bejn gruppi oħra jkun żgħir u jibqa' mistenni li jibqa' żgħir "tant li anke jekk iż-2 gruppi jitpoġġew flimkien" it-taħlit jibqa' xorta limitat ħafna.
Wieħed irid jinnota li l-qofol ta' dan kollu huwa, li biex il-gruppi jitqiesu different minflok "grupp wieħed varjat", id-differenza trid tkun distinta tassew u mhux sempliċiment varjazjoni gradwali kontinwa.
Dan m'huwiex arbitraġġ kundizzjunarju. Bidla gradwali, imsejħa klinazjoni jew Xaqliba, hija evidenza ċara ta' taħlit sustanzjali fil-ġeni bejn iż-2 popolazjonijiet. B'firda kbira bejn iswed u abjad jew b'żona relativament żgħira u stabli ta' ibridazjoni, turi li ż-2 popolazjonijiet m'humiex jitħalltu fuq livell għoli u b'hekk huma speċi separati. Madankollu, il-klassifikazjoni bħala speċi separati jew sottospeċi tiddependi fuq l-"għaliex" dawn ma jitħalltux u ma jirriproduċux bejniethom.
Meta jew jekk 2 gruppi ma jirriproduċux għax hemm xi ħaġa ġenetika li żżommhom lura (eż. żrinġijiet suwed m'humiex sesswalment attratti lejn żrinġijiet bojod jew jirriproduċu fi żminijiet differenti matul is-sena) f'dan il-każ huma speċi differenti.
Biss, jekk iż-2 gruppi jirriproduċu liberament dejjem jekk il-barrieri esterni jitneħħew b'xi mod (eż. popolazjonijiet li huma 'l bogħod minn xulxin jew mifrudin minn xmara u b'xi mod ma jibqgħux) f'dak il-każ dawn huma sottospeċi.
Wieħed għandu jinnota li bejn speċi u sottospeċi d-distinzjoni tiddependi "biss" fuq il-probabilita li iż-2 popolazjonijiet (fin-nuqqas ta' barrieri esterni) jerġgħu jingħaqdu lura f'popolazjoni 1 ġenetikament mgħaquda. Ma għandu x'jaqsam xejn "b'kemm" iż-2 popolazjonijiet jidhru "differenti" f'għajnejn il-bniedem.
Waqt li t-tagħrif dwar grupp partikolari jiżdied, il-kategorizzazjoni jista' jkun li jkollha bżonn xi tibdil. Hemm ħafna każi fejn popolazjonijiet meqjusa [[Sottospeċi] ta' popolazjonijiet oħra ġew ri-klassifikati bħala Speċi sħiħa kollha kemm hi.
Klassifikazzjoni Tassonomika Obbligatorja |
Dominju - Renju - Fajlum (żooloġija) jew Diviżjoni (botanika) - Klassi - Ordni - Familja - Ġeneru - Speċi |