Peniżola
Peniżola (bil-Latin: paeninsula minn paene li tfisser “kważi” u insula li tfisser “gżira”) hija biċċa art imdawra bl-ilma fuq il-biċċa l-kbira tal-fruntiera tagħha filwaqt li tkun kollegata ma’ art kontinentali li testendi minnha.[1][2][3][4] L-ilma tal-madwar ġeneralment jinftiehem li huwa kontinwu, għalkemm mhux neċessarjament jissemma bħala korp wieħed tal-ilma.
Il-peniżoli mhux dejjem jissejħu peniżoli; ġieli jissejħu wkoll promontorju, kap, promontorju ta’ gżira, biċċa art ’il barra jew istmu.[5] Promontorju ġeneralment jitqies bħala biċċa art dejqa li tibqa’ dieħla ġol-baħar li tkun inqas prominenti minn kap. Xmara li tgħaddi minn baċir dejjaq ħafna xi kultant jingħad ukoll li tifforma “peniżola” imdawra kważi għalkollox bl-ilma. Bil-Malti, il-plural ta’ peniżola huwa peniżoli, filwaqt li qajla l-plural jinkiteb bil-Latin peninsulae f’dokumenti tekniċi.[6]
Karatteristiċi
[immodifika | immodifika s-sors]Karatteristika partikolari ta’ peniżola hija l-promontorju[7] flimkien mal-istmu partikolarment dejjaq li joħroġ minn wiċċ l-ilma. Jekk peniżola tkun tinsab f’korp tal-ilma intern (eż. lag jew xmara) din tissejjaħ ukoll “peniżola interna”.[8]
Uħud mill-ikbar peninsuli fid-dinja jinkludu l-Peniżola Għarbija, l-akbar waħda, li tkopri l-Arabja Sawdita u pajjiżi ġirien, segwita mill-Peniżoli Indoċiniża u Malasjana fix-Xlokk tal-Asja. Eżempji oħra notevoli huma l-Peniżola Iberika (Spanja u l-Portugall), il-Peniżola Taljana, u l-Peniżola Skandinava. Kull wieħed minn dawn ir-reġjuni juri ekosistemi diversi, pajsaġġi, u storji kulturali, li jiffurmaw kemm l-attivitajiet naturali kif ukoll dawk umani madwar id-dinja [9].
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Word Histories and Mysteries: From Abracadabra to Zeus. Houghton Mifflin Harcourt. 2004. p. 216. ISBN 978-0547350271.
- ^ Company, Houghton Mifflin Harcourt Publishing. "The American Heritage Dictionary entry: peninsula". ahdictionary.com. Miġbur 2021-04-28.
- ^ "peninsula". dictionary.cambridge.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.
- ^ "Definition of PENINSULA". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.
- ^ "List of peninsulas". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.
- ^ "Fourah Point / Fourah Point, Northern, Sierra Leone, Africa". travelingluck.com. Miġbur 2021-04-28.
- ^ "Headland Landforms" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.
- ^ "What is a Spit Landform in Geography? How are Spits Formed and 7 Most Famous Spits on Our Planet | Earth Eclipse" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.
- ^ "Exploring the Formation of Peninsulas: Understanding Their Origins and Examples of the World's Largest Peninsulas" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-10-24.