Aqbeż għall-kontentut

Benvenuto Cellini

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Benvenuto Cellini
Ħajja
Twelid Firenze, 1 Novembru 1500, 1500
Nazzjonalità Franza
Grupp etniku Taljani
Mewt Firenzeu Gran Dukat tat-Toskana, 13 Frar 1571
Familja
Konjuga/i Piera Parigi (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Michelangelo Brandini (en) Translate
Lucagnolo da Jesi (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni skultur
kittieb
medaljist
awtobijografu
disinjatur tal-bini
arġentier (tad-deheb)
storiku tal-arti
arġentier
mużiċist
ġojjellier
Post tax-xogħol Firenze
Ruma
Mantova
Fontainebleau
Pariġi
Venezja
Lyon
Bolonja
Napli
Pisa
Siena
Xogħlijiet importanti In-Ninfa ta' Fontainebleau
Persew b'ras Medusa
is-Salliera ta' Cellini
Ganymede (en) Translate
Ganymede with Eagle and Eaglet (en) Translate
Head of Medusa (en) Translate
Jupiter (en) Translate
Minerva with Shield (en) Translate
Minerva (en) Translate
Narcissus (en) Translate
Perseus and the Head of Medusa (plaster replica) (en) Translate
Bronze sketch of Perseus with the Head of Medusa (en) Translate
Pedestal of Perseus (en) Translate
Wax sketch for Perseus (en) Translate
Bust of Cosimo I (en) Translate
Sħubija Accademia delle Arti del Disegno (en) Translate
Moviment Manjeriżmu
Moviment artistiku pittura mitoloġika
pittura reliġjuża

Benvenuto Cellini (twieled fit-3 ta' Novembru 1500 – miet fit-13 ta' Frar 1571) kien skultur u orafu Taljan tal-iskola Fjorentina.

l-istatwa fil-bronż ta' Persew bir-ras ta' Medusa (1554), Firenze, Loggia dei Lanzi

Cellini twieled Firenze. Missieru kien Giovanni Cellini, bin bennej, u ommu kienet Maria Lisabetta Granacci. Giovanni kien idoqq u jagħmel l-istrumenti mużikali

Benvenuto kien it-tieni iben u ngħata dak l-isem (li jfisser "Merħba bih") għaliex missieru kien qiegħed jistenna tifla. Missieru għall-ewwel beda jmexxih lejn karriera fil-mużika, u ż-żagħżugħ Benvenuto kellu talenti biżżejjed għaliha, l-iżjed fil-flawt u fil-kant.

Ta' erbatax-il sena mar jaħdem fil-ħanut immexxi minn missier l-iskultur Baccio Bandinelli, Michelangelo Bandelli. Is-sena ta' wara daħal jaħdem fil-ħanut tal-orafu Marconi.

Meta kellu sbatax-il sena tkeċċa minn Firenze, talli, flimkien ma' ħuh, kien ħa sehem fi ġlieda, u mar Siena. Wara iżjed studju f'Bolonja u Pisa taħt l-orafu Ulivieri Della Chiostra, billi kien imdaħħal f'taqbida oħra Firenze flimkien ma' ħuh Cecchino, reġa' tkeċċa u għal darba oħra sab kenn Siena[1]. Wara mar Ruma fejn beda jaħdem fil-ħanut ta' Giovanni de'Georgis. Kien għadu m'għalaqx għoxrin sena.

Fl-1524 fetaħ ħanut għalih waħdu u ħadem bosta xogħlijiet. Ukoll f'dawn l-ewwel snin tiegħu f'Ruma għamel ħafna kuntatti ma' artisti u orafi oħra li tgħallem ħafna minhom.

Benvenuto ħa sehem b'suċċess fid-difiża ta' Castel Sant'Angelo u tal-Papa Klement VII, matul il-Ħerba ta' Ruma fl-1527, fejn qatel, flimkien ma' oħrajn, lill-kmandant Carlo di Borbone b'tir ta' arkibuġju u fera s-suċċessur prinċep ta' Orange. Wara l-assedju mar Mantova u ħadem xi xogħlijiet għal xi membri tal-familja Gonzaga.

Fl-1529 Klement VII għajjatlu Ruma u ħatru stampatur uffiċjali taz-zekka pontifiċja. Fl-istess sena ħuh Cecchino li kien ħa l-karriera ta' suldat merċenarju, miet fi ġlieda.

Fil-bidu tal-1533 tneħħa mill-kariga ta' stampatur u anki ta' Mazziere (suldat ta' skorta tal-Papa); għal din it-tkeċċija kien iwaħħal fit-tixwix mifrux minn orafu Ruman ieħor, Pompeo de' Capitaneis, fejn kien jgħid li hu, Cellini, kien qatel ‘l xi ħadd fil-perijodu tal-interrenju bejn il-mewt ta' Klement VII u l-elezzjoni tal-Papa Pawlu III Farnese, li malli sar papa ħafirlu.

Minħabba l-iben vjolenti tal-Papa, Pier Luigi Farnese, Cellini kien jibża' għal ħajtu u ħarab lejn Firenze fejn ħadem għal żmien qasir fil-qorti ta' Alessandro de' Medici, Duka ta' Firenze, imma reġa' lura Ruma ftit wara msejjaħ mill-Papa.

Fil-1537 ħarab minn Ruma biex jisken Franza fil-qorti ta' Franġisku I ta' Franza, wara li ħadem għal żmien qasir fis-servizz tal-kardinal Pietro Bembo f'Padova. Imma meta wasal Franza ddeċieda li jmur lura l-Italja mingħajr ma ħa ordnijiet min Franġisku I. Meta rritorna Ruma kien akkużat biss serq tal-ħaġar prezzjuż mit-tiara tal-papa matul il-Ħerba ta' Ruma u ġie nkalzrat f'Castel Sant'Angelo.

Wara li, minħabba l-inkwiet mal-Papa Pawlu III u ibnu, għadda żmien twil fil-ħabs papali ta' Castel sant'Angelo (u mexxa ħarba li ma rnexxietx), fl-1540 Benvenuto reġa' sab refuġju Franza fil-qorti ta' Franġisku, li taħtu ħadem sa l-1544 fix-Château de Fontainebleau u ħoloq għalih waħda mix-xogħlijiet tiegħu fid-deheb l-iżjed famużi, is-salliera li tirrapreżenta l-art u l-baħar u wkoll l-istatwa tan-ninfa ta' Fontainebleau

Fl-1545, Cellini mar jaħdem Firenze fil-qorti ta' Cosimo I tat-Toscana fejn għamel il-kapulavur tiegħu, Persew (1549) jaqta' ras Medusa. Din l-istatwa monumentali tal-bronż ħtieġet teknika eċċezjonali kif jirrakkonta Cellini fl-awtobijografija. Fil-fatti, is-sengħa tal-bronż fondut kienet ilha mitlufa mill-antikità, u xi statwi ekwestri tal-bronż bħal ta' Marku Awrelju kienu teknikament enigma. Fuq kollox, minkejja id-daqs tagħha, din l-iskultura m'għandha ebda anglu mejjet, jiġifieri tidher armonjuża minn kull fejn tħares lejha.

Cellini kiteb il-mémoires tiegħu bit-titlu Il-Ħajja ta' Benvenuto Cellini minnu mnfisu[2], bejn l-1558 sa l-1567.

F'Madrid, għamel skultura tal-Kurċifiss minn blokka waħda tal-irħam għal El Escorial (1556-1557).

Miet fl-1571 u ndifen fil-knisja ta' Santa Maria Novella, Firenze.


  • Hector Berlioz, fl-1838, ikkompona opra bl-isem Benvenuto Cellini.
  • Alexandre Dumas għamel ‘il Benvenuto Cellini l-eroj tar-rumanz tiegħu L'Orfèvre du roi (L-Orafu tar-re)
Karlin ta' Klement VII Medici, inċiż minn Cellini
  • Sigill tal-Kardinal Ercole Gonzaga, fidda, 1528, impront fix-xama', 1540, Mantova, Kurja tal-Isqof.
  • Midalja ta' Klement VII, 1533-1534, fidda ndurata, dijam. 4 ċm, Firenze, Museo Nazionale del Bargello.
  • Testone ta' erbgħin sold ta' Alessandro de' Medici, 1535-, fidda, dijam. 2.9 ċm, Firenze, Museo Nazionale del Bargello.
  • Midalja ta' Alessandro de' Medici, -1535-1537-, fidda, dijam. 3.5 ċm, Firenze, Museo Nazionale del Bargello.
  • Midalja ta' Franġisku I, re ta' Franza, madwar 1537, bronż, dijam. 4.2 ċm, Firenze, Museo Nazionale del Bargello.
  • Sigill tal-Kardinal Ippolito d'Este, 1539, impront fiċ-ċomb, 11 x 8 ċm, Lyon, Musée des Beaux-Arts.
  • Ninfa ta' Fontainebleau, 1542, bronż, 205 x 409 ċm, Pariġi, Musée du Louvre.
  • Salliera ta' Franġisku I, 1540-1542, ebanu, deheb u żmalt, għoli 26 ċm. Vjenna, Kunsthistorisches Museum (ritratt).
  • Satir, 1542, Getty Museum, Los Angeles
  • Levrier, 1545, bronż, 19 x 27.8 ċm, Firenze, Museo Nazionale del Bargello.
  • Bust ta' Cosimo I de' Medici, 1545-1548, bronż, għoli 110 ċm, Firenze, Museo Nazionale del Bargello.
  • Bust ta' Cosimo I, 1549-1571, irħam, għoli 96.5 ċm, San Francisco, Fine Arts Museum.
  • Persew bir-ras ta' Medusa, 1545-1554, bronż, għoli 320 ċm, Firenze, Loggia dei Lanzi.
  • Ganimedi, 1548-1550, irħam, għoli 109 ċm, Firenze, Museo Nazionale del Bargello.
  • Apollo u l-Ajkla, madwar 1548, irħam, għoli 191 ċm, Firenze, Museo Nazionale del Bargello.
  • Narċis, madwar 1548, irħam, għoli 149 ċm, Firenze, Museo Nazionale del Bargello.
  • Bust ta' Bindo Altoviti, 1549, bronż, għoli 82.5 ċm (bla pedestal), Boston, Isabella Stewart Gardner Museum.
  • Kurċifiss, 1556-1562, irħam, għoli 185 ċm, El Escorial, Monastero di San Lorenzo.
  • Trattati fuq l-orefiċerija u l-iskultura (1565-1567)
  • Vita di Benvenuto di Maestro Giovanni Cellini fiorentino, scritta, per lui medesimo, in Firenze (1558-1566), msejjħa wkoll "La Vita". Awtobijografija.
  1. ^ "Bijografija". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-12-01. Miġbur 2008-01-27.
  2. ^ [1]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]