Torri Mmejjel ta' Pisa
Data meta nħoloq | 1173 |
---|---|
Name | campanile du Dôme, campanile de Pise, campanile de la cathédrale de Pise, tour de Pise |
Native label | Torre di Pisa |
Reliġjon | Catholicism |
Imsemmi għal | Pisa, torri, inclined tower |
Pajjiż | Italja |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Pisa |
Triq fejn jinstab | Piazza del Duomo |
Djoċesi | Roman Catholic Archdiocese of Pisa |
Koordinati | 43°43′23″N 10°23′48″E |
Propjetarju | Opera della Primaziale Pisana |
Made from material | marble, stone |
Arkitett | Bonanno Pisano, Diotisalvi |
Stil arkitettoniku | Romanesque architecture |
Date of official opening | 1373 |
Wi-Fi access | no |
Disabled accessibility | wheelchair accessible |
Deżinjazzjoni bħala wirt | Italian national heritage, parti minn Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO |
Indirizz stradali | Piazza del Duomo, 56126 Pisa PI |
Kodiċi postali | 56100 |
Numru tat-telefown | +39-050-387-2210 |
Email address | mailto:[email protected] |
Sit uffiċjali | http://www.opapisa.it/, http://www.opapisa.it/en/ |
Described at URL | http://dati.beniculturali.it/iccd/schede/resource/CulturalInstituteOrSite/S013330_Campanile_della_Cattedrale |
Has characteristic | inclination |
Maintained by | Opera della Primaziale Pisana |
Offers view on | Pisa |
Għamla | ċilindru |
Category for the exterior of the item | Category:Exterior of the Leaning Tower (Pisa) |
Category for the interior of the item | Category:Interior of the Leaning Tower (Pisa) |
Category for the view from the item | Category:Views from the Leaning Tower of Pisa |
It-Torri Mmejjel ta' Pisa (bit-Taljan: torre pendente di Pisa) jew sempliċement it-Torri ta' Pisa (torre di Pisa [ˈtorre di ˈpiːza; ˈpiːsa][1]) huwa t-torri tal-kampnar (mibni bħala binja għaliha) tal-Katidral ta' Pisa, l-Italja, magħruf mad-dinja kollha peress li huwa mmejjel bi kważi erba' gradi minħabba l-pedamenti mhux stabbli tiegħu. Il-kampnar jinsab wara l-Katidral ta' Pisa u huwa t-tielet l-iktar struttura antika fil-Pjazza tal-Mirakli, wara l-katidral u l-Battisterju ta' Pisa, u parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1987 'l hawn.[2]
It-Torri Mmejjel ta' Pisa huwa għoli 55.86 metru mill-art min-naħa l-baxxa tiegħu u 56.67 metru min-naħa l-għolja tiegħu. Il-wisa' tal-ħitan fil-bażi tiegħu hija 2.44 metri. Huwa stmat li l-piż tiegħu huwa 14,500 tunnellata metrika.[3][4][5] Il-kampnar fih 294 jew 296 tarġa; is-seba' sular għandu żewġ tarġiet inqas fil-garigor fin-naħa tat-Tramuntana.
It-torri tal-kampnar beda jmil waqt il-kostruzzjoni fis-seklu 12, minħabba l-art ratba ta' taħtu li ma setgħetx tiflaħ il-piż tal-istruttura, u kompla jmil iktar meta tlestiet il-kostruzzjoni fis-seklu 14. Fl-1964, il-gvern Taljan talab l-għajnuna biex isir xogħol biex it-torri tal-kampnar ma jaqax. Sal-1990, kien miel b'ħames gradi u nofs.[6][7] L-istruttura ġiet stabilizzata permezz ta' xogħlijiet ta' rimedju li saru bejn l-1993 u l-2001, li naqsu t-timjil għal 3.97 gradi.[8][9] It-torri tal-kampnar jiġi ġestit mill-Opera della Primaziale Pisana, l-entità li ġġestixxi l-monumenti kollha tal-Pjazza tal-Mirakli ta' Pisa. It-Torri ta' Pisa kien ġie propost bħala wieħed mis-seba' għeġubijiet tad-dinja moderna.
Arkitett
[immodifika | immodifika s-sors]Kien hemm kontroversja dwar l-identità reali tal-arkitett tat-Torri Mmejjel ta' Pisa. Għal ħafna snin, id-disinn ġie attribwit lil Guglielmo Pisano u lil Bonanno Pisano[10], artist residenti tal-belt fis-seklu 12, li kien magħruf għall-fużjonijiet bil-bronż, partikolarment fil-Katidral ta' Pisa. Pisano telaq minn Pisa fl-1185 u mar Monreale, fi Sqallija, fejn għex kważi sal-aħħar ta' ħajtu qabel ma reġa' lura Pisa u miet f'belt twelidu. Biċċa bronż fondut b'ismu ġiet skoperta quddiem it-torri tal-kampnar fl-1820, iżda jaf din setgħet kienet marbuta mal-bieb tal-bronż fil-faċċata tal-katidral li nqered fl-1595.Studju li sar fl-2001 jidher li jindika li Diotisalvi kien l-arkitett oriġinali tat-Torri Mmejjel ta' Pisa, minħabba ż-żmien meta nbena u l-affinità ma' xogħlijiet oħra ta' Diotisalvi, b'mod partikolari t-torri tal-kampnar ta' San Nikola u l-Battisterju f'Pisa stess.[11]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Kostruzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kostruzzjoni tat-torri tal-kampnar saret fi tliet stadji tul 199 sena. Fil-5 ta' Jannar 1172, Donna Berta di Bernardo, armla u residenta tad-dar tal-Opera di Santa Mariaa, ħalliet sittin sold lill-Opera Campanilis petrarum Sancte Marie. Is-somma dak iż-żmien intużat biex jinxtraw ftit ġebliet li għadhom jiffurmaw parti mill-bażi tat-torri tal-kampnar.[12] Fid-9 ta' Awwissu 1173, tħejjew il-pedamenti tat-torri.[13] Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel sular tat-torri tal-kampnar tal-irħam abjad inbdew fl-14 ta' Awwissu tal-istess sena matul perjodu ta' suċċess militari u prosperità. Dan is-sular fih sensiela ta' arkati mal-ħajt mingħajr fetħiet u kolonni b'kapitelli Korinzji. Kważi erba' sekli wara, Giorgio Vasari kiteb: "Guglielmo, skont dak li kien qed jintqal, fl-1174, flimkien mal-iskultur Bonanno, ħejjew il-pedamenti tat-torri tal-kampnar tal-Katidral ta' Pisa".[14]
It-torri beda jċedi wara l-kostruzzjoni kienet waslet sat-tieni sular fl-1178. Dan seħħ minħabba li l-pedamenti ta' xi tliet metri, kienu ġew stabbiliti fuq art dgħajfa u mhux stabbli, jiġifieri d-disinn kien difettuż mill-bidu nett. Sussegwentement, il-kostruzzjoni waqfet għal kważi seklu, peress li r-Repubblika ta' Pisa kienet kważi dejjem involuta f'battalji ma' Genova, Lucca u Firenze. B'hekk, kien hemm biżżejjed żmien biex l-art ta' taħt il-pedamenti toqgħod. Li kieku ma kienx hemm dan l-intervall twil fil-kostruzzjoni, wisq probabbli t-Torri Mmejjel ta' Pisa kien jaqa' għalkollox. Fis-27 ta' Diċembru 1233, il-ħaddiem Benenato Bottici, iben Gerardo Bottici, issorvelja t-tkomplija tal-kostruzzjoni tat-torri tal-kampnar.[15]
Fit-23 ta' Frar 1260, Guido Speziale, iben Giovanni Pisano, ġie inkarigat biex jissorvelja l-kostruzzjoni tat-torri.[16] Fit-12 ta' April 1264, il-bennej ewlieni jew mastru bennej Giovanni di Simone, arkitett taċ-Ċimiterju Monumentali, flimkien ma' 23 ħaddiem marru lejn il-muntanji qrib Pisa biex jaqtgħu l-irħam għat-torri tal-kampnar. L-irħam li ġie maqtugħ ingħata lil Rainaldo Speziale, ħaddiem ta' San Franġisk.[17] Fl-1272, il-kostruzzjoni tkompliet taħt it-tmexxija ta' Di Simone. Fi sforz biex jiġu kkumpensat it-timjil, l-inġiniera bnew is-sulari ta' fuq b'naħa itwal mill-oħra. Minħabba f'hekk, it-torri ġej għat-tond.[18] Il-kostruzzjoni reġgħet waqfet fl-1284 meta r-Repubblika ta' Pisa tilfet kontra dik ta' Genova fil-Battalja ta' Meloria.[13][19]
Is-seba' sular tlesta fl-1319.[20] Fl-1372 ġie miżjud il-kompartiment tal-qniepen. Dan inbena minn Tommaso di Andrea Pisano, li rnexxielu joħloq armonija l-elementi Gotiċi tal-kompartiment tal-qniepen mal-istil Rumanesk tat-torri tal-kampnar.[21][22] B'kollox hemm seba' qniepen, waħda għal kull nota tal-iskala maġġuri mużikali. L-ikbar qanpiena tpoġġiet fl-1655.[23]
Esperimenti
[immodifika | immodifika s-sors]Bejn l-1589 u l-1592, Galileo Galilei, li dak iż-żmien kien jgħix f'Pisa, jingħad li kien waqqa' żewġ balal ta' kanun b'massa differenti mit-torri tal-kampner sabiex juri li l-veloċità tal-waqgħa tagħhom ma kinitx tiddependi mill-massa tagħhom, abbażi tal-liġi tal-waqgħa ħielsa. Is-sors primarju ta' dan huwa l-bijografija Racconto istorico della vita di Galileo Galilei (Rendikont storiku tal-ħajja ta' Galileo Galilei), miktub mill-istudent u s-segretarju ta' Galileo, Vincenzo Viviani, fl-1654, iżda li ġie ppubblikat biss fl-1717, ħafna wara mewtu.[24]
Gwerra
[immodifika | immodifika s-sors]Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Alleati ssuspettaw li l-Ġermaniżi kienu qed jużaw it-torri bħala post ta' osservazzjoni. Leon Weckstein, surġent tal-Armata tal-Istati Uniti mibgħut biex jikkonferma l-preżenza ta' truppi Ġermaniżi fit-torri, baqa' impressjonat bil-ġmiel tal-katidral u tat-torri tal-kampnar, u għalhekk reġa' bdielu li jordna attakk mill-ajru sabiex il-monumenti ma jinqerdux.[25][26]
Restawr
[immodifika | immodifika s-sors]Saru diversi sforzi biex it-Torri Mmejjel ta' Pisa jiġi ddrittat jew minn tal-inqas ma jaqax għalkollox. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-isforzi ma rnexxewx; uħud saħansitra żiedu t-timjil. Fis-27 ta' Frar 1964, il-gvern tal-Italja talab l-għajnuna biex it-torri ma jitħalliex jaqa'. Madankollu, ġie kkunsidrat li l-grad ta' timjil kellu jibqa' kif inhu minħabba r-rwol li kellu għall-promozzjoni tat-turiżmu f'Pisa.[27]
Mill-1993, bdew jitqiegħdu 870 tunnellata ta' kontropiżijiet taċ-ċomb ħdejn il-bażi tat-torri tal-kampnar, u b'hekk beda jiddritta kemxejn.[28]
It-Torri Mmejjel ta' Pisa ngħalaq għall-pubbliku fis-7 ta' Jannar 1990, wara iktar minn żewġ deċennji ta' studji dwar l-istabbilizzazzjoni u xprunat mill-waqgħa f'daqqa tat-Torri Ċiviku ta' Pavia fl-1989.[29][30] Il-qniepen tneħħew biex jitnaqqas ftit mill-piż, u twaħħlu kejbils tal-azzar mit-tielet sular u li ġew ankrati diversi metri lil hinn mit-Torri ta' Pisa. L-appartamenti u d-djar li kieku kienu jiġu milquta f'każ li t-torri kellu jaqa' ġew evakwati għas-sikurezza. Il-metodu li ntgħażel għall-prevenzjoni tal-waqgħa tat-torri kien li jitnaqqsu kemxejn il-gradi tat-timjil tiegħu billi jitneħħew 38 metru kubu ta' ħamrija minn taħt it-torri min-naħa olzata mill-art. Il-gradi tat-timjil tat-torri tal-kampnar tnaqqsu b'45 ċentimetru, u b'hekk it-torri reġa' lura għal kif kien fl-1838. Wara deċennju ta' rikostruzzjoni korrettiva u sforzi ta' stabbilizzazzjoni, it-torri reġa' nfetaħ għall-pubbliku fil-15 ta' Diċembru 2001, u ġie ddikjarat li kien stabbli għal minn tal-inqas 300 sena oħra. B'kollox, tneħħew 70 tunnellata metrika ta' ħamrija.[31]
Wara fażi ta' tisħiħ strutturali mill-1990 sal-2001[32], it-torri sarlu restawr gradwali tas-superfiċe biex il-ħsara viżibbli tiġi restawrata, l-iktar il-korrożjoni u s-swidija mit-tniġġis. Dawn kienu waslu fi stat gravi minħabba l-età tat-torri u mill-esponiment tiegħu għar-riħ, għax-xita u għat-tniġġis.[33] F'Mejju 2008, l-inġiniera ħabbru li t-torri kien ġie stabbilizzat u għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu kien waqaf jiċċaqlaq. Huma ddikjaraw li kien se jibqa' stabbli għal minn tal-inqas 200 sena.[31] Wara għoxrin sena ta' xogħlijiet ta' tindif tat-tniġġis u tal-ħmieġ minn fuq l-irħam abjad tat-torri tal-kampnar b'diversi armar imwaħħal miegħu, fit-22 ta' April 2011 ix-xogħlijiet tlestew għalkollox kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa u tneħħa l-armar kollu tar-restawr.[34]
Terremoti
[immodifika | immodifika s-sors]Minn tal-inqas erba' terremoti b'saħħithom heżżew ir-reġjun mill-1280 'l hawn, iżda t-Torri Mmejjel ta' Pisa baqa' qawwi u sħiħ sa llum. Ir-raġuni ma kinitx magħrufa qabel ma grupp ta' riċerkaturi ta' 16-il inġinier bdew jinvestigaw. Ir-riċerkaturi kkonkludew li t-Torri ta' Pisa seta' jiflaħ it-theżżiżiet minħabba l-interazzjoni dinamika bejn il-ħamrija u l-istruttura: l-għoli u r-robustezza tat-Torri ta' Pisa, flimkien mal-ħamrija ratba taħt il-pedamenti, jinfluwenzaw il-karatteristiċi tal-vibrazzjoni tal-istruttura b'tali mod li t-torri tal-kampnar ma jbatix mir-risonanza meta l-art tiċċaqlaq minħabba xi terremot. L-istess ħamrija ratba taħt il-pedamenti li kkawżat it-timjil u wasslet biex it-torri kważi jasal biex jaqa' għalkollox, fil-każ tat-terremoti salvatu.[35]
Tagħrif tekniku
[immodifika | immodifika s-sors]- Elevazzjoni tal-Pjazza tal-Mirakli: xi żewġ metri
- Għoli mill-art: 55.863 metru[36], tmien sulari[37]
- Għoli mill-pedamenti: 58.36 metru[38]
- Dijametru ta' barra tal-bażi: 15.484-il metru[36]
- Dijametru ta' ġewwa tal-bażi: 7.368 metri[36]
- Anglu tat-timjil: 3.97 gradi jew 3.9 metri mill-vertikali[39]
- Piż: 14,700 tunnellata metrika[40]
- Ħxuna tal-ħitan fil-bażi: 2.44 metri
- Għadd totali ta' qniepen: sebgħa, intonati skont l-iskala mużikali, fid-direzzjoni tal-arloġġ[41]
- L-ewwel qanpiena: "l-Assunta", fonduta fl-1654 minn Giovanni Pietro Orlandi, b'piż ta' 3,620 kg
- It-tieni qanpiena: "Il Crocefisso", fonduta fl-1572 minn Vincenzo Possenti, b'piż ta' 2,462 kg
- It-tielet qanpiena: "San Ranieri", fonduta fl-1719-21 minn Giovanni Moreni, b'piż ta' 1,448 kg
- Ir-raba' qanpiena: "La Terza", fonduta fl-1473, b'piż ta' 300 kg
- Il-ħames qanpiena: "La Pasquereccia" jew "La Giustizia", fonduta fl-1262[42] minn Lotteringo, b'piż ta' 1,014 kg
- Is-sitt qanpiena: "Il Vespruccio", fonduta fis-seklu 14 u mill-ġdid fl-1501 minn Nicola di Jacopo, b'piż ta' 1,000 kg
- Is-seba' qanpiena: "Dal Pozzo", fonduta fl-1606 u mill-ġdid fl-2004, b'piż ta' 652 kg[43]
- Għadd ta' tarġiet sa fuq nett: 296[44]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "DiPI Online - Dizionario di Pronuncia Italiana" (bit-Taljan). Dizionario di Pronuncia Italiana.
- ^ "Piazza del Duomo, Pisa" (bl-Ingliż). UNESCO.
- ^ "Torre" (bit-Taljan). Opera della Primaziale Pisana.
- ^ "Torre di Pisa - guida online informazioni sulla visita". historiaweb.net (bit-Taljan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-11-14.
- ^ "Leaning Tower of Pisa Facts". towerofpisa.org (bl-Ingliż).
- ^ Mulvey, Stephen (2001-12-15). "Saving the Leaning Tower" (bl-Ingliż). BBC News.
- ^ "Leaning Tower of Pisa tower, Pisa, Italy" (bl-Ingliż). Britannica.
- ^ "La Torre di Pisa non è più da Guinness - Il Sole 24 ORE" (bit-Taljan). Il Sole 24 Ore. 2007-11-02.
- ^ Scally, Derek (2007-11-08). "Leaning tower of Pisa loses crooked crown" (bl-Ingliż). The Irish Times.
- ^ "Leaning Tower of Pisa". endex.com (bl-Ingliż). 2007-08-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-08-13.
- ^ Pierotti, Piero (2001). Deotisalvi – L'architetto pisano del secolo d'oro (bit-Taljan). Pisa: Pacini Editore.
- ^ L-Uffiċċji Kapitolari tar-Reġistri ta' Pisa, il-parċmina n. 248.
- ^ a b Potts, David M.; Zdravkovic, Lidija (2001). Finite Element Analysis in Geotechnical Engineering: Application (bl-Ingliż). Thomas Telford. p. 254. ISBN 9780727727831.
- ^ Vasari, Giorgio (1878). Le opere di Giorgio Vasari: Le vite de' più eccellenti pittori, scultori ed architettori (bit-Taljan). G.C. Sansoni. p. 274.
- ^ Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 27 ta' Diċembru 1234.
- ^ Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 23 ta' Frar 1260.
- ^ Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 12 ta' April 1265.
- ^ McLain, Bill (1999). Do Fish Drink Water? (bit-Taljan). New York: William Morrow and Company, Inc. pp. 291–292. ISBN 0-688-16512-5.
- ^ Touring club italiano, ed. (2005). Authentic Tuscany (bl-Ingliż). Touring Editore. p. 64. ISBN 9788836532971.
- ^ Roth, Leland M. (2018-03-13). Understanding Architecture: Its Elements, History, and Meaning (bl-Ingliż). Routledge. p. 98. ISBN 9780429975219.
- ^ Barsali, G. (1999). Pisa. History and masterpieces (bl-Ingliż). Bonechi. p. 18. ISBN 8872041880.
- ^ Vasari, Giorgio; Richter, Jean Paul (1855). Lives of the Most Eminent Painters, Sculptors, and Architects (bl-Ingliż). H. G. Bohn. p. 153.
- ^ "Fall of the Leaning Tower - History of Interventions" (bl-Ingliż). Public Broadcasting Service.
- ^ "Vincenzo Viviani" (bl-Ingliż). Istitut u Mużew tal-Istorja tax-Xjenza (Firenze).
- ^ Shrady, Nicholas (2003). Tilt: a skewed history of the Tower of Pisa (bl-Ingliż).
- ^ Carroll, Rory (2000-01-13). "Why I spared the Leaning Tower of Pisa" (bl-Ingliż). The Guardian.
- ^ "FOLLOW-UP ON THE NEWS; Securing the Lean In Tower of Pisa (Published 1987)" (bl-Ingliż). The New York Times. 1987-11-01.
- ^ "Tipping The Balance" (bl-Ingliż). Time. 2001-01-25.
- ^ Hofmann, Paul (1989-07-30). "Italy's Endangered Treasures (Published 1989)" (bl-Ingliż). The New York Times.
- ^ Montalbano, William D. (1989-03-18). "900-Year-Old Bell Tower Collapses in Italy; Three Killed" (bl-Ingliż). Los Angeles Times.
- ^ a b Duff, Mark (2008-05-28). "Pisa's leaning tower 'stabilised'" (bl-Ingliż). BBC News.
- ^ Burland, John. "Ingenia Articles" (bl-Ingliż). Ingenia. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-27.
- ^ "Piazza dei Miracoli: la Piazza del Duomo di Pisa" (bit-Taljan). Opera della Primaziale Pisana. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-25.
- ^ Gasperetti, Marco (2011-04-22). "Bianca e lucente come in origine Ecco la nuova Torre di Pisa" (bit-Taljan). Corriere della Sera.
- ^ "500-year-old Leaning Tower of Pisa mystery unveiled by engineers" (bl-Ingliż). Science Daily. 2018-05-09.
- ^ a b ċ Michigan Architect and Engineer, Incorporated, ed. (1952). The Michigan Architect and Engineer (bl-Ingliż).
- ^ Burland, J.B. (2008). "Stabilising the Leaning Tower of Pisa: the Evolution of Geotechnical Solutions". Trans. Newcomen Soc. (bl-Ingliż). 78 (2): 174. ISSN 0372-0187.
- ^ Valdes, Giuliano (1994). Art and History of Pisa (bl-Ingliż). Casa Editrice Bonechi. p. 44. ISBN 9788880290247.
- ^ "German steeple beats Leaning Tower of Pisa into Guinness book" (bl-Ingliż). Trend News Agency. 2007-11-09.
- ^ Strom, Steven; Nathan, Kurt; Woland, Jake; Lamm, David (2009-09-28). Site Engineering for Landscape Architects (bl-Ingliż). John Wiley and Sons. p. 124. ISBN 9780471695493.
- ^ Black, William Harman (1920). The Real Europe Pocket Guide-book: Number 10 of the 'Black's Blue Books (bl-Ingliż). Brentanos. p. 360.
- ^ Black, Charles Bertram (1898). The Riviera, Or The Coast from Marseilles to Leghorn: Including the Interior Towns of Carrara, Lucca, Pisa and Pistoia (bl-Ingliż). A. & C. Black. p. 148.
- ^ "Leaning Tower of Pisa: 1920's Photo of Dal Pozzo". endex.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-18.
- ^ Davies, Andrew (2005). The Children's Visual World Atlas (bl-Ingliż). Sydney: The Fog Press. ISBN 1-74089-317-4.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Torri Mmejjel ta' Pisa (Leaning Tower (Pisa)) |
- (EN, IT) Sit uffiċjali