Il-Paġna prinċipali
Dehra
|
Almanakk
X'ġara bħal-lum fl-istorja
30 ta' Novembru:
- 1943 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Franklin D. Roosevelt, Winston Churchill u Josif Stalin laħqu ftehim dwar l-invażjoni tal-Ewropa maħsuba għal Ġunju tal-1944, imsejħa bil-kodiċi Operazzjoni Overlord .
- 1967 – Ir-Repubblika Popolari tal-Jemen t'Isfel saret indipendenti mir-Renju Unit.
- 1981 – Il-Gwerra Bierda: Rappreżentanti mill-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika bdew in-negozjati f'Ġinevra għat-tnaqqis fl-armi nukleari ta' laħqa medja fl-Ewropa (il-laqgħat intemmu mingħajr konklużjoni fis-17 ta' Diċembru).
Twieldu f'dan il-jum...
- 1508 – Andrea Palladio, arkitett Taljan (m. 1580)
- 1667 – Jonathan Swift, kittieb u satiriku Irlandiż (m. 1745)
- 1874 – Winston Churchill (stampa), Prim Ministru tar-Renju Unit fit-Tieni Gwerra Dinjija (m. 1965)
Mietu f'dan il-jum...
- 1900 – Oscar Wilde, kittieb Irlandiż (t. 1854)
- 1935 – Fernando Pessoa, poeta Portugiż (t. 1888)
- 1957 – Beniamino Gigli, tenur Taljan (t. 1890)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Indrija appostlu.
Avvenimenti
Taħriġ għal edituri ġodda tal-Wikipedija
Trid issir editur tal-Wikipedija? Il-kontributuri regolari tal-Wikipedija jissejħu edituri. Editorjalment, din l-enċiklopedija hija miftuħa u ħielsa għal kollox. Xorta waħda hemm bżonn jitħaddmu linji gwida biex is-servizz ikun ta' livell mistenni minn sors t'informazzjoni affidabbli. Jekk tixtieq titgħallem kif ittejjeb il-Wikipedija — sew bil-Malti kif ukoll b'lingwi oħra — tista' tattendi xi waħda mis-sessjonijiet ta' taħriġ online bla ħlas organizati minn Wikimedia Community Malta.
X'inhi l-Wikipedija?
Il-Wikipedija huwa proġett enċiklopediku kollaborattiv, universali, multilingwi u jaħdem abbażi tal-prinċipju wiki. L-għan ewlieni tal-Wikipedija huwa li tipprovdi kontenut ħieles, newtrali u verifikabbli, li kulħadd jista' jimmodifika u jtejjeb.
Il-proġett huwa definit skont il-ħames prinċipji fundamentali. Il-kontenut tiegħu huwa ppubblikat taħt il-liċenzja Creative Commons by-sa u jista' jiġi kkupjat u użat mill-ġdid taħt din l-istess liċenzja – anke għal skopijiet kummerċjali – bil-patt u l-kundizzjoni li dawn jirrispettaw il-kundizzjonijiet.
Parteċipazzjoni
- Trid tipparteċipa? Aqra r-regoli fundamentali u l-linji gwida, u rrispetta l-wikiketta; li tirreġistra huwa rakkomandat imma mhuwiex obbligatorju.
- Tixtieq tipprova? Żur il-paġna tal-provi u aqra kif tibda artiklu.
- X'aktar? Iltaqa' mal-Wikipedjani waqt xi avveniment tal-Wikimedia Community Malta jew inkella fil-Pjazza, il-post fejn tista' ssaqsi u tikkummenta dwar l-mt.wiki.
Il-Wikipedija hi mmexxija mill-Fondazzjoni Wikimedia, fondazzjoni mingħajr fini ta' lukru, li tospita proġetti oħra b'kontenut ħieles u multilingwi.
CommonsRepożitorju ta' fajls multimedjali
WikizzjunarjuDizzjunarju u teżawru
WikitbietManwali u kotba ħielsa
WikibarijietFonti tal-aħbarijiet
WikikwotaĠabra ta' kwotazzjonijiet
WikisorsDokumenti ħielsa
WikispeċiDirettorju ta' speċi
WikiversitàMaterjal u attivitajiet għal tagħlim ħieles
WikidataRepożitorju ta' għarfien ħieles
Meta-WikiKoordinazzjoni tal-proġetti Wikimedia
WikivjaġġGwida għall-ivvjaġġar dinji
InkubaturGħal proġetti li għadhom fi stat ta' żvilupp
|