L-EDPB inħoloq bir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-UE (GDPR), adottat fis-27 ta’ April 2016 u ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fl-4 ta’ Mejju 2016.
Jekk jogħġbok innota li rettifika tal-GDPR ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali fit-23 ta’ Mejju 2018 u hi disponibbli hawn. Il-verżjoni konsolidata tar-Regolament Ġenerali tal-UE dwar il-Protezzjoni (GDPR) hi disponibbli hawn.
Il-GDPR, li daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2016 u li jibda japplika mill-25 ta’ Mejju 2018, joħloq sett armonizzat ta’ regoli li japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali kollha li jseħħ fl-UE.
L-għan ta’ dan is-sett ġdid ta’ regoli huwa li jiżguraw li d-data personali tgawdi standard għoli ta’ protezzjoni kullimkien fl-UE, li jżid iċ-ċertezza tad-dritt kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet li jipproċessaw id-data, u li joffri grad għoli ta’ protezzjoni lill-individwi.
Għal ċerti setturi, ikomplu japplikaw regoli speċifiċi.
Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Pulizija (PDPD) tapplika għall-ipproċessar tad-data personali li jsir mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.
Din id-Direttiva ġiet adottata flimkien mal-GDPR fis-27 ta’ April 2016, u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fl-4 ta’ Mejju 2016. Hija daħlet fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2016, u trid tiġi trasposta fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tal-UE biex sas-6 ta’ Mejju 2018 tkun tapplika b’mod sħiħ.
Il-GDPR u l-PDPD ħadu post id-Direttiva 95/46/KE għas-settur privat u għal parti kbira tas-settur pubbliku, u ħadu post id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI għas-settur tal-infurzar tal-liġi.
Regulation 2018/1725, which entered into application on 11 December 2018, lays down the data protection rules which apply to EU institutions.